Left arrow Go Back

Servizz ta' emergenza ghall-gbir ta' skart domestiku

PR0833
Date Icon 31/05/1999

Il-Gvern, permezz tal-Ministeru ghall-Ambjent, kmieni llum wara nofs in-nhar, beda jipprovdi servizz ta' emergenza ghall-gbir ta' skart domestiku.

Il-gbir tal-lum kien mifrux fuq erba' distretti:

Birzebbuga, Rahal Gdid u Haz-Zabbar;

Il-Hamrun, il-Marsa, Hal Qormi u s-Siggiewi;

Tas-Sliema, San Giljan u Birkirkara;

San Pawl il-Bahar, Bugibba/Qawra, il-Mellieha, ir-Rabat u n-Naxxar.

Ghal dan is-servizz ta' emergenza hemm involuti aktar minn 160 persuna bejn haddiema u pulizija, u qed jintuzaw aktar minn 40 trakk tat-Taqsima tax-Xoghlijiet jew li huma impressed ma' l-istess Taqsima. Ma' kull trakk qed ikun hemm pulizija.

L-iskart li qed jingabar qed jittiehed fil-Maghtab u fl-impjant tar-riciklagg f'Marsaskala, li wkoll huma mghassa mill-pulizija.

Is-servizz ta' emergenza nbeda wara li baqa' ma kien registrat l-ebda zvilupp fit-tilwima li nqalghet bejn il-Kooperattiva ta' l-Indafa Pubblika u l-Kunsilli Lokali.

Il-gbir ta' l-iskart mistenni jkompli ghada f'lokalitajiet ohra.

Il-Ministeru ghall-Ambjent jheggeg lill-pubbliku biex kemm jista' jkun ma jinharigx skart barra, b'mod partikolari f'dawk il-lokalitajiet fejn ikun sar is-servizz ta' emergenza.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow