Imnedija progetti ghat-tishih ta' tas-Sliema u San Giljan
Filwaqt li l-Gvern għaddej b'xogħlijiet ta' embellishment fi tliet lokalitajiet fin-nofsinhar ta' Malta, qed issa jħejji biex jibda jwettaq xogħlijiet simili f'Tas-Sliema u f'San Ġiljan.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech f'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha saret preżentazzjoni tad-disinji li qed ikunu proposti għat-tisbiħ ta' dawn iż-żew' lokalitajiet.
Id-disinji tħejjew matul dawn l-aħħar xhur mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, wara konsultazzjoni kontinwa maż-żew' Embellishment Committees fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, li kienu twaqqfu għal Tas-Sliema u għal San Ġiljan. Dawn il-kumitati huma preseduti mill-Perit Robert Musumeci, u jinkludi rappreżentanti tal-Kunsilli Lokali, tal-Ministeru għall-Ambjent, tal-Ministeru għat-Turiżmu, tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar.
Il-Ministru Zammit Dimech semma li fil-laqgħat li kellhom dawn il-Kumitati kienu identifikati diversi pro'etti u wħud minnhom kienu ikkomunikati lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jitħejjewdevelopment briefs. B'riżultat ta' dan saru, fost l-oħrajn, id-development briefs għall-iżvilupp mill-'did tax-Chalet u l-parke'' u 'nien fi Qui-Si-Sana, tas-Sliema.
Hu żied li issa li tħejjew id-disinji għall-embellishment ta' dawn iż-żew' lokalitajiet, se tkun sottomessa applikazzjoni lill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar bil-ħsieb li x-xogħol ikun jista' jibda wara li jintemm l-ista'un tas-sajf. Ix-xogħlijiet li se jsiru se jinqasmu f'diversi fażijiet fid-dawl tal-pro'ett ta' Manoel Island u Tign'?.
Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li d-disinji li saru se jkunu għall-wiri fil-jiem li 'ejjin biex il-pubbliku jkun jista' jagħti l-fehma tiegħu. Dawn id-disinji jinkludu l-għeluq ta' Triq Bisazza għat-traffiku; u l-upgrading tal-promenade tul ix-xatt minn faċċata tal-Kunvent tal-Karmnu f'San Ġiljan sa Għar id-Dud f'Tas-Sliema, u minn Spinola sal-Baracuda, b'pavimentar, railings, dwal u street furniture 'odda.
Għal din il-preżentazzjoni kien preżenti wkoll il-Ministru tat-Turiżmu Michael Refalo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN