Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar il-prezz tal-patata Sante'
Wara li thabbar il-prezz rekord li gabet il-patata Sant'? esportata permezz tal-kuntratt li ghamel Gvern prezenti, il-Kelliem ta' l-Opposizzjoni dwar il-Biedja, l-Onor. Noel Farrugia, hareg stqarrija fejn qal li l-bdiewa qed igibu inqas tal-prodotti taghhom.
Dan qalu il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, b'referenza ghal dak li qal l-Onorevoli Farrugia. Il-Ministru spjega li ghas-sentejn meta l-Onorevoli Noel Farrugia kien Ministru, il-valur medju ta' prodott li ddahhal fil-pitkalija fil-perjodu Jannar – April kien ta' LM 1,620,619. Fl-istess perjodu ta' din is-sena, il-valur kien ta' LM 1,651,839, jigifieri zjieda ta' 2%. L-istess perjodu ta' l-1997, fl-ewwel sena li fiha kien Ministru l-Onorevoli Farrugia, mqabbel ma' din l-ewwel sena tal-Gvern prezenti, juri li l-valur ta' prodott, bl-istess ammont ta' produzzjoni, tela' mill-LM 1,393,402 ta' l-1997, telghu ghall-LM 1,651,839 ta' din is-sena, jigifieri qabza ta' 18.5%. Dawn ic-cifri huma maghrufa mill-bdiewa kollha u l-ebda politiku, jaghmel kemm jaghmel stqarrijiet, ma jista jmerihom. It-tabella taghti l-figuri precizi ta' dawn is-sentejn halli l-paragun ikun jista jsir iktar facilment.
SENA f'KG - VALUR TOTALI F'Lm - VOLUM TA'PRODUZZJONI1997 --------- Lm1,393,402 --------------- 10,748,144 kg
1999 --------- Lm1,651,839 --------------- 10,571,395 kg
"L-istqarrija li ghamel l-Onorevoli Farrugia jidher li hi tentattiv biex inessi li l-gimgha l-ohra stess, huwa ppublika diversi stqarrijiet ohrajn, fejn beda jghid li l-patata Sant'? mhux ser iggib prezz tajjeb ghal xi ragunijiet li donnu kien jafhom hu biss."
"Irrispondewh il-fatti u c-cekkijiet li, fil-granet li gejjin, ser jircievu l-bdiewa li kabbru s-Sant'?," temm jghid il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu ZammitOther Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN