Il-Vici Prim Ministru Lawrence Gonzi jinawgura l-progett UNESCO fil-Kullegg De La Salle
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghal Politika Socjali, Lawrence Gonzi, inawgura esebizzjoni ta' xoghlijiet li t-tfal tal-Junior School ta' De La Salle College ghamlu bhala parti mill-Unesco Project. Waqt diskors tal-inawgurazzjoni lit-tfal u lill-ghalliema, il-Ministru Gonzi fahhar dan l-involviment li minbarra li jaghti lill-istudenti l-ghodda sabiex jaghmlu ricerka, jesponi lil dawk kollha involuti ghal esperjenzi varji u interessanti li jiswew sabiex titkabbar il-kuxjenza favur aspetti differenti tal-hajja.
Fost il-progetti mwettqa mill-istudenti, hemm progett dwar id-dinja ta' taht il-bahar, progett dwar l-istorja tas-seklu ghoxrin, u progett dwar l-ambjent tal-Kottonera.
Il-Ministru Gonzi qal li progetti bhal dawn igibu flimkien lill-ghalliema, lill-genituri u lill-istudenti, f'kollaborazzjoni ghall-edukazzjoni shiha u integrata tat-tfal. Fuq livell ta' klassi dawn il-progetti jistimulaw lit-tfal sabiex jahdmu bhala tim, 'il boghod mill-ambjent kompetittiv li sikwit isibu ruhhom it-tfal. Barra min hekk, attivitajiet simili jghinu lill-dawk kollha nvoluti biex ma jharsux lejn l-edukazzjoni bhala ezercizzju purament akkademiku, imma bhala inizjattiva li kull persuna trid tiehu matul hajjitha kollha, inizjattiva li thares il-formazzjoni tal-karattru, li tohloq kuxjenza tal-bzonnijiet ta' madwarna u li tghin fil-binja ta' socjeta' li fiha hadd ma jibqa' lura.
Il-Ministru Gonzi fahhar l-impenn tal-Kullegg De La Salle li ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena ippartecipa f'dan il-progett b'entuzjazmu u b'dedikazzjoni. Filwaqt li nawgura l-esebizzjoni, il-Ministru Gonzi kellu l-opportunita' li jiltaqa' mat-tfal u mal-ghalliema li hadmu fuq dawn l-inizjattivi.
Il-Unesco for School Project jinkoragixxi skejjel mill-Ewropa kollha sabiex jippartecipaw, permezz ta' attivita' ta' ricerka f'suggetti ta' natura lokali li jkunu maghzula mill-iskola. Din l-esebizzjoni hija frott ta' hafna ricerka, qari u visti kulturali li jsiru matul is-sena skolastika mill-istudenti fuq il-progett.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN