Left arrow Go Back

Prezentazzjoni ta' kotba lill-Ministru ta' l-Intern ghall-uzu fil-Facilita' Korrettiva ta' Kordin

PR0802
Date Icon 27/05/1999

Ghadd ta' sidien ta' hwienet tal-kotba u distributuri llum ipprezentaw ghadd kbir ta' kotba lill-Ministru tal-Intern Dr Tonio Borg. Il-kotba se jintuzaw ghal-librerija tal-Young Offenders' Unit Rehabilitation Services (YOURS) fil-Facilita` Korrettiva ta' Kordin.

Il-Ministru Borg irringrazzja lid-distributuri tad-donazzjoni taghhom u qal li l-kotba se jservu m'hux ftit ghall-edukazzjoni tal-prigunieri.

Huwa qal li l-YOURS hija wing gdida fjamanta fil-habs ta' Kordin li bdiet tintuza ftit tal-jiem ilu u hija mmirata biex tilqa' fiha prigunieri li jkunu taht il-25 sena u jkollhom potenzjal kbir biex jirriformaw ruhhom.

L-idea biex dawn in-nies ikollhom wing ghalihom hija biex ma jithalltux ma' prigunieri ohra u ghalhekk tkun qed issir klassifikazzjoni ahjar tal-prigunieri. Bil-binja l-gdida il-klassifikazzjoni qed tkun aktar preciza.

Il-YOURS, li fiha 36 cella, hija totalment awtonoma mill-bqija tal-habs, bi dhul separat u bil-facilitajiet kollha li wiehed isib fil-habs ewlieni ta' Kordin. Il-Ministru ddeskriva l-wing il-gdida, li se tinfetah ufficjalment fil-jiem li gejjin, bhala "habs go habs."

Il-Ministru Borg fakkar li l-bini l-gdid ma sarx biex jitkabbar il-habs u jilqa' fih izjed prigunieri, ghaliex ir-rata ta' prigunieri f'Malta m'hijiex allarmanti u kuntrarjament ghal habsijiet ohra fl-Ewropa, f'Malta kull habsi ghandu cella ghalih.

Dr Borg qal li fil-wing il-gdida qed issir enfasi kbira fuq l-edukazzjoni. Ghalhekk inbnew ghadd ta' klassijiet li fihom qed isiru sitt lezzjonijiet kuljum ta' suggetti differenti, librerija gdida u gymnasiumatrezzat.

Il-bini jinkludi wkoll facilitajiet ohra bhal kappella, workshops, kmamar ghall-contact visits, sistemi telefonici ghal non contact visits u kmamar fejn il-prigunieri jkunu jistghu jiltaqghu mal-avukati taghhom fil-privat.

Ghall-prezentazzjoni ta' dalghodu attenda wkoll id-Direttur tal-Facilita` Korrettiva ta' Kordin Manwel Cassar, ic-chairman tal-bord tal-vizitaturi tal-habs Mario Felice u l-vici chairman Alfred Bajada.

Dawk li taw donazzjoni ta' kotba kienu: Merlin Library, Aquilina Bookshop, Agius & Agius, BDL Distributors, Klabb Kotba Maltin, PEG Ltd., Preca Bookshop u l-Kunsill Lokali ta' l-Isla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow