Left arrow Go Back

Konferenza Stampa mill-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd li fiha thabbru dettalji dwar ir-rizultat ta' l-esportazzjoni tal-patata Sante' lejn l-Olanda

PR0799
Date Icon 27/05/1999

Il-process ta' l-esportazzjoni tal-patata tat-tip Sant'? lejn l-Olanda issa wasal fit-tmiem assolut tieghu u nghalqu l-kontijiet. Ghalhekk, wara li f'dawn l-ahhar granet kien hemm ruxxmata stqarrijiet minn naha tal-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni, liema stqarrijiet ma kellhom l-ebda bazi fuq dak li kien qed jigri attwalment, issa wasal iz-zmien li nippubblikaw id-dettalji precizi li jinkludu anki c-cifri tal-hlasijiet li ser jinghataw lill-bdiewa.

Nibda biex nispjega li l-kuntratt ghal din l-esportazzjoni gie ffirmat wara trattativi li jien ghamilt ma' l-importaturi Olandizi, assistit minn ufficjal kompetenti fi hdan id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, nhar l-20 ta' Ottubru 1998. Dan kien ftehim li pprovda ghal esportazzjoni ta' massimu ta' 600 tunnellata patata tat-tip Sant'? fuq bazi outright purchase, bi prezz garantit. Din kellha tkun esportazzjoni apparti minn dik miftiehma fil-kuntratt ezistenti li kien gie ffirmat mill-Amministrazzjoni precedenti, ghall-esportazzjoni ta' patata tat-tip Alpha.

Gew esportati 471.5 tunnellata patata (Sant'?). Wara li nqatghu l-ispejjez kollha involuti fil-process, li jinkludu l-ghazla, l-ixkejjer u it-trasport minn Ta' Qali sa l-imhazen ta' l-importatur Olandiz, il-bilanc nett fuq l-ammont kollu kien ta' 'l fuq minn Lm80,000 li jfisser li kull qantar patata gab is-somma ta' Lm14.20 li ser jithallsu lil bdiewa.

Kemm ilha tigi esportata l-patata, qatt ma nghata dan il-prezz, li huwa rekord assolut. Bizzejjed nghid illi fis-sena 1997, il-bdiewa ma hadux hlief Lm9.81 bhala prezz medju, ta' din l-istess varjet'? ta' patata. Fl-1998, l-Amministrazzjoni precedenti hadet id-decizjoni zbaljata li ma tesportax din il-varjet'?, decizjoni li fissret opportunit'? mitlufa ghall-bdiewa taghna. Ghalhekk nixtieq nesprimi pubblikament is-sodisfazzjon tieghi u tad-Dipartiment kollu, li d-decizjoni li hadna, li terga' tibda ssir l-esportazzjoni ta' din it-tip ta' patata b'mod serju u efficjenti, halliet il-frott mixtieq, b'zjieda ta' 45% fuq il-prezz ta' l-1997.

Nixtieq niehu l-okkazjoni li nesprimi wkoll ir-ringrazzjament ghal kull min hadem sabiex din l-esportazzjoni jkollha s-success li kellha. Dan ikompli jikkonferma li meta x-xoghol isir b'efficjenza u kulhadd jaghti sehmu, kulhadd igawdi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow