Left arrow Go Back

Se jinghata apparat ghat-trattament tal-mard tal-kliewi lill-Isptar t'Ghawdex

PR0796
Date Icon 27/05/1999

Fuq inizjattiva u talba ta' l-Onor Giovanna Debono, Ministru ghal Ghawdex, il-kumpanija Gozo Channel se tagħmel għotja lill-Isptar Generali ta' '?awdex ta' apparat għat-trattament tal-mard tal-kliewi. Dan l-apparat jikkonsisti f'erba' magni ta' dialysis u żew' units ta' reverse osmosis li jipproduċu ilma trattat biex jintuża fil-proċess tat-trattament.

F'diskors li għamlet wara li gie ffirmat il-ftehim għall-akkwist ta' dan l-apparat, il-Ministru Debono raddet ħajr lis-sur John Sullivan, iċ-Chairman tal-kumpanija għall-'est sabiħ li qed tagħmel il-Gozo Channel. Hija qalet li din l-għotja turi l-kuxjenza soċjali tal-Bord il-'did tad-Diretturi. Hija ssoktat li l-kumpanija Gozo Channel illum qed tinteressa ruħha u tgħin b'mod konkret mhux biss l-iżvilupp ekonomiku ta' '?awdex, iżda ukoll l-iżvilupp soċjali u kulturali tal-gżira.

Meta rreferiet għall-apparat, il-Ministru qalet li d-dialysis tintuża għal dawk il-pazjenti li jkunu jbatu minn mard tal-kliewi meta dawn ma jibqgħux effettivi, jew jieqfu jaħdmu għal kollox. Meta jkollhom bżonn it-trattament tal-chemodialysis il-pazjenti jkunu jridu jattendu l-isptar tliet darbiet fil-'imgħa, biex b'hekk ikunu jistgħu jitqiegħdu fuq il-magna tal-kliewi għal erba' sigħat kull darba.

Bħalissa l-pazjenti '?awdxin ikollhom imorru Malta għal dan it-trattament. La darba jibda jaħdem ir-Renal Unit f' '?awdex it-trattament u ċ-check-ups kollha li jkollhom bżonn dawn il-pazjenti jibdew isiru 'ewwa l-Isptar Generali u għalhekk ma jkollhomx għalfejn joqgħodu jmorru Malta.

L-apparat mistenni li jkun installat u jibda jaħdem fix-xhur li 'ejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow