Left arrow Go Back

Kuxjenza favur il-Health and Safety fuq ix-xoghol tas-self employed u negozji zghar

PR0787
Date Icon 26/05/1999

"Irridu nehduha kontra n-nuqqas ta` l-gharfien ta' l-importanza fost is-settur tas-self employed dwar il- health and safety regulations. Ma nistghux nibqghu nippermettu li jkollna din l-indifferenza lejn l-gharfien tar-regoli li meta jkunu injorati qedin jiswew is-sahha ta' l-individwu u sahansitra l-hajja. Is-self employed ghandhom jaraw li jsegwu dawn ir-regoli li jharsu sahhet l-individwu fuq ix-xoghol sabiex inwarrbu l-periklu minn fuq il-post tax-xoghol. Ma jistax jkun li jibqa' jkollna self employed li ma jidhlux responsabbli ghalihom infushom u ghall-familji taghhom.

Biex imbaghad x'hin ikun tard wisq, wara xi tragedja jispiccaw il-vittma ta' negligenza ta' regoli li huma mahsuba biex iharsu sahhet il-haddiema fuq il-post tax-xoghol." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo f'laqgha li kellu ma' Dr. Mark Gauci , l-kap ta' l-‘occupational health and safety unit' fid-Dipartiment tax-Xoghol.

Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li hemm bzonn kampanja effettiva ta' promozzjoni u edukazzjoni u inforzar serju ta' regolamenti li ma jippermettix li jkun hemm minn jibqa' jitraskura l-harsien ta' regoli basici li jharsu l-hajja mill-perikli ta' fuq ix-xoghol.

Is-Sur Vassallo tenna li jehtieg mpenn kollettiv f'kampanja ghal aktar gharfien ta' regoli li jharsu il-hajja mill–perikli ta' fuq ix-xoghol. Kampanja li tinkludi l- familji ta' l-istess self employed u l-haddiema taghhom li jridu jahdmu biex jassiguraw li nieshom jahdmu l-boghod mill-periklu. Ghal dan il-ghan, fil-futur qarib, ser tinzamm laqgha mal-Kummisjoni ghall-Promozzjoni tal-OccupationalHealth & Safety biex tigi mfassla policy ta' health & safety ghas-self employed u n-negozji z-zghar.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo sahaq li fid-diskussjonijiet li ghaddejjin rigward ir-riforma ta' l-ghoti tal-licenzja tan-negozju ser tinghata mportanza lir-regolamenti li jharsu s-sigurta' tax-xoghol. Huwa temm jghid li fil-granet li gejjin se jkunu organzzati laqghat li jitrattaw il-kampanja favur gharfien u inforzar aktar rejali tar-regolamenti li huma mahsuba li jharsu l-hajja mill-perikli ta' fuq ix-xoghol. Success f'dan il-qasam huwa success favur il-hajja u l-familja Maltija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow