Stqarrija tal-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal fi stqarrija li ghal darb'ohra il-Partit Laburista qed jipprova jiehu l-mertu ta' inizjattivi li qed iwettaq dan il-Gvern favur id-devoluzzjoni ta' aktar poteri lill-Kunsilli Lokali.
Dr. Gatt kien qed jirreferi ghal stqarrija tad-Deputat Laburista Dr. Gavin Gulia fejn kien kwotat li qal li d-devoluzzjoni tal-licenzji tan-negozju kienet inizjattiva tal-Gvern precedenti Laburista, u li din sahansitra kienet spjegata f'memorandum lill-Kabinett fis-17 ta' Gunju li ghadda.
Il-Ministru Gatt sostna li l-memorandum li qed jitkellem dwaru Dr. Gulia huwa dak pprezentat mill-Eks-Ministru Minghajr Portafoll Joe Mizzi, u li dan lanqas biss kien diskuss mill-Kabinett Laburista, bhal bosta affarijiet ohra.
"Li ma qalx Dr. Gulia huwa li l-inizjattivi li hemm f'dan il-memorandum huma verzjoni ohra ta' dawk li kienet bdiet tahdem fuqhom l-amministrazzjoni Nazzjonalista precedenti f'Novembru tal-1994, fejn l-ewwel rapport preliminari maghmul minn kumitat mahtur apposta bejn il-Gvern u l-GRTU, kien gie diskuss fil-Kabinett f'Novembru tal-1995."
Dr. Gatt zied li kien hawnhekk li l-Kabinett kien qabbad lis-Segretarji Permanenti fil-Ministeru tas-Servizzi Ekonomici u fil-Ministeru tal-Intern sabiex ihejju follow-up report dwar x'kienet tinvolvi din il-policy.
"Dr. Gulia lanqas qal li kien il-Kabinett fi zmien Gvern Nazzjonalista fil-15 ta' Lulju tal-1996 li approva din l-inizzjattiva, u li dan ifisser li l-Partit Laburista ma jista bl-ebda mod jikkritika l-amministrazzjoni attwali li kompliet tahdem fejn kienet halliet sentejn qabel! - F'dawn is-sentejn fil-fatt ma sar l-ebda pass konkret biex l-inizjattiva ssehh."
Dr. Gatt sahaq fuq l-importanza li l-Gvern Nazzjonalista qieghed iwettaq bil-fatti devoluzzjoni reali ta' aktar poteri lill-Kunsilli Lokali, u mhux bil-kliem biss kif ghamel Gvern Laburista, li mhux talli ma wettaq xejn favur il-Kunsilli Lokali izda talli hanaqhom billi naqqsilhom b'mod sostanzjali l-finanzjament taghhom.
Il-Ministru Gatt temm jghid li qabel mal-Kelliema Laburisti jibdew jattakkaw il-Gvern Nazzjonalista dwar il-politika tieghu fuq il-Kunsilli Lokali, ghandhom jqisu sew il-kliem taghhom ghax l-ezempju tal-Gvern immexxi minnhom huwa wiehed li jaghmel ghajb.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN