Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha jichad li l-amministrazzjoni precedenti xtrat xi lift vans godda

PR0746
Date Icon 19/05/1999

L-ex Ministru tas-Sahha, Dr. Michael Farrugia, gie rrapurtat li qal li matul l-Amministrazzjoni precedenti nxtraw lift vans godda.

Mhux minnu li taht l-Amministrazzjoni precedenti nxtraw xi lift vans. Il-lift vans kienu nkrew minghand il-Garden of Eden ghall-prezz ta' Lm22 kuljum kull wiehed u kienu second hand, mhux godda.

Il-Ministeru tas-Sahha jistieden lil Dr. Farrugia jghid meta inxtraw dawn il-lift vans godda; min fejn inxtraw u fejn qeghdin.

Sa mill-ewwel stqarrija, il-Ministeru tas-Sahha kien qal li l-lift vans li nxtraw issa kienu second handu rikondizzjonati u ghalhekk ma jifhimx ghaliex Dr. Farrugia qal li l-Ministeru kkonferma li ‘dawn kienu second hand.'

Il-Ministeru tas-Sahha m'ghandux ghax jisthi ghax tejjeb is-servizz radikalment, filwaqt li qed jiffranka ghexieren t'eluf ta' liri, li flok imorru f'but wiehed se jintuzaw biex itejbu oqsma ohra tas-sahha.

Filwaqt li l-Ministeru tas-Sahha se jkompli jinforma lill-pubbliku kif qed jintefqu flusu, jistieden lill-Oppozizzjoni biex flok tohloq battibekki bla bzonn, tikkontribwixxi kostruttivament ghal titjib fil-qasam tas-sahha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow