Left arrow Go Back

Rapport dwar l-efficjenza tal-Kunsilli Lokali fit-thaddim tal-kuntratti

PR0743
Date Icon 18/05/1999

Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt dal-ghodu pogga fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti kopja ta' l-ewwel Rapport għas-sena 1999 dwar l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali fit-tħaddim tal-kuntratti, liema rapport janalizza x-xogħol imwettaq mill-Kunsilli Lokali matul il-perijodu ta` bejn Jannar u Marzu 1999.

Ir-Rapport, mtella mill-Field Services Branch fi hdan id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jinkludi skedi li permezz ta` marki, kull Kunsill jista` jifli l-impatt li kellu x-xogħol imwettaq minnu fil-qadi tad-diversi funzjonijiet statutorji delegati lilu permezz ta` l-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali. Speċifikament, ir-Rapport jagħmel analiżi dwar dawn il-funzjonijiet ewlenin:-

  • il-manutenzjoni tas-sinjali tat-traffiku miżbugħa fl-art u tat-tabelli;
  • il-knis ta` toroq u l-qtugħ tal-ħaxix ħażin;
  • il-manutenzjoni, l-indafa u d-dehra 'enerali fil-'onna pubbliċi;
  • it-tindif tal-bajjiet u x-xtut flimkien mad-dehra 'enerali ta` promenades, parking areas, mollijiet, platforms, tur'ien u passa''i max-xtajta;
  • il-manutenzjoni tat-toroq u bankini;
  • l-indafa tat-toroq mhux urbani;
  • toroq li 'ew mgħotija wiċċ 'did;
  • it-tindif u manutenzjoni ta` latrini pubbliċi.

F'dan ir-rapport, qed tkun ppublikata għall-ewwel darba statistika dwar dawk il-lokalitajiet li nstab li fit-toroq tagħhom kien hemm persenta'', ta` mhux anqas minn ta` 20%, ta` ħmie' jew ħaxix mhux maqtugħ.

Ukoll, fir-rigward il-kuntratt dwar tindif ta` toroq mhux urbani, inħasset il-ħtie'a li l-marki jinqasmu f'żew' kategoriji, dik għat-tindif u oħra għal-qtugħ ta` ħaxix.

Dan ir-rapport jinkludi wkoll paragun ta` kif ikun varja, għal aħjar jew għal agħar, il-livell milħuq minn kull Kunsill f'dawn l-ispezzjonijiet li saru fil-perijodu Jannar - Marzu 1999 maż-żew' Rapporti għal perijodu preċedenti.

L-iskop li ji'i mi'bur dan it-tagħrif dettaljat mid-Dipartiemnt tal-Kunsilli Lokali huwa sabiex il-Kunsilli Lokali jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodda effettiva li permezz tagħha jkunu f'qagħda aħjar biex janaliżżaw l-andament ta` l-operat tagħhom rigward il-kuntratti mogħtija minnhom, u b'hekk jieħdu dawk l-inizjattivi li jidirlhom biex, skond il-każ, jew jirrimedjaw xi sitwazzjoni jew jintensifikaw l-isforzi tagħhom ħalli jkomplu jtejjbu l-kwalita` tal-ħajja tal-lokalitajiet u taċ-ċittadini li huma jirrappreżentaw.

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali se jkompli jagħti l-għajnuna meħtie'a lil dawk il-Kunsilli Lokali li ma laħqux il-livell minimu mistenni sabiex ikunu jistgħu jirran'aw il-pozizzjoni tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow