It-Tielet distribuzzjoni lid-Depositanti u Kredituri tal-B.I.C.A.L.
Wara li gew likwidati xi assi tal-BICAL, sar possibbli li ghal darba ohra ssir distribuzzjoni lil dawk id-depozitanti u kredituri tal-bank li jikkwalifikaw ghal pagament. Il-Gvern, b'konsultazzjoni mal-Kontrollur, qabel li din id-distribuzzjoni, bhat-tnejn ta' qabilha tkun ta' ghoxrin fil-mija (20%).
Dan it-tielet pagament hu mistenni li jlahhaq is-somma ta' madwar hames mitt elf lira Maltin (Lm500,000) u huwa stmat li se jibbenefikaw madwar elf u erbghin (1,040) persuna. B'hekk se jkun thallas total ta' madwar miljun u nofs liri Maltin (Lm1.5m) li jirraprezenta sittin fil-mija (60%) tal-flus dovuti lil dawk id-depositanti u kredituri tal-bank li jikkwalifikaw ghal pagament.
Ta' min ifakkar li hafna mid-dewmien biex isiru dawn il-pagamenti huwa kkagunat minn diversi kawzi legali u proceduri ohra li ma jistghux jigu evitati facilment. B'danakollu l-Gvern, permezz tal-Kontrollur tal-BICAL, se jkompli jirsisti biex kemm hu possibbli d-depozitanti u kredituri ta' dan il-bank jiehdu dak li bi dritt huwa taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN