Kontro-protest mill-Agent Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Avukat Generali
Dan li jsegwi huwa kontro-protest ipprezentat fil-Prim Awla tal-Qorti Civili mill-Agent Prim Ministru, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Avukat Generali ghall-protest ta' Dr. Alfred Sant, Dr George Vella u Dr Joseph Brincat fil-kwalita' taghhom imsemmija.
Fil-Prim' Awla tal-Qorti Civili
Dr. Alfred Sant, bhala Kap tal-Oppozizzjoni u Mexxej tal-Malta Labour Party, u Dr. George Vella u Dr. Joseph Brincat bhala Deputati Mexxejja
vs
Agent Prim Ministru u l-Ministru ghall-Affarijiet Barranin
u
L-Avukat Generali
Kontro-Protest ta' l-Agent Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barrarnin u ta' l-Avukat Generali ghall-protest ta' l-imsemmija Dr. Alfred Sant, Dr. George Vella u Dr. Joseph Brincat fil-kwalita` taghhom imsemmija.
Jesponu bir-rispett:
Illi bla pregudizzju ghall-punt dwar jekk l-esponenti kollha jew individwalment humiex il-legittimi kontraditturi fl-atti tal-protest fuq imsemmi l-istess protest hu bla bazi kemm legali kif ukoll fattwali;
Illi n-newtralita` ta' Malta kif enuncjata fil-Kostituzzjoni ma timponix li Malta tkun truxa ghall-ghajta ghall-hniena minn mijiet ta' eluf ta' Albanizi etnici Kosovari li gew b'forza brutali ttrufnati minn djarhom u mkeccija minn arthom b'ta' fuqhom senduqhom wara li hadulhom kull ma kellhom; l-anqas ma timponi li nkunu indifferenti ghall-bikja ta' eluf ta' nisa li gew vjolentati wara li qatlulhom lil zwieghom u lil uliedhom subien, kif ukoll ma titlobx li nghalqu ghajnejna u nsoddu widnejna ghall-karba ta' eluf ta' tfal mcahhda mhux biss minn missierhom izda minn kull haga mehtiega ghall-ghixien u edukazzjoni u dana wara li dawn l-istess tfal gew immarkati ghal ghomorhom billi gew imgieghla jaraw xeni ta' hruxija u mohqrija li wiehed qatt ma kien jistenna li jigru fl-Ewropa fl-gheluq tat-tieni millenju.
Illi ghall-kuntrarju Malta hi mitluba mill-istess Kostituzzjoni biex attivament tilhaq il-paci, is-sigurta` u l-progress socjali fost in-nazzjonijiet kollha, u hu proprju ghalhekk illi fid-dawl ta' tali avvenimenti inumani u ta' misthija li qed jitwettqu fil-Kosovo mir-regim kiefer ta' Milosovic, li l-Gvern Malti addotta l-politika mxandra lill-media biex taghmel il-parti attiva taghha biex tipprova tikkonvinci lil minn qed jimxi b'dan il-mod biex ikollu hniena u jieqaf.
Illi kuntrarjament ghal dak li allegaw il-protestanti, l-imsemmija dikjarazzjoni ma saretx fil-Gazetta tal-Gvern izda bhala stqarrija lil media. Dan juri l-mod frivolu u superficjali kif il-protestanti qed jittrattaw il-kwistjoni kollha.
Illi ukoll mhux minnu li l-istess dikjarazzjoni harget "bhala mizura partecipattiva fil-Gwerra li hemm bejn il-qawwiet tan-NATO u r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja" izda fid-determinazzjoni biex ma jigux aktar ttollerati l-qtil u d-deportazzjonijiet fil-Kosovo mwettqa bil-politika irrisponsabbli u kriminali tar-Repubblika Federali tal-Yugoslavja. Dan jidher car mill-istqarrija tal-Gvern u mid-dokumenti li ghalihom tirreferi (hawn annessi u mmarkati Dokumenti A, B u C rispettivament).
Illi tali mizura ma tikkostitwix partecipazzjoni f'alleanza militari, u l-anqas l-uzu ta' facilitajiet militari jew xort'ohra, jew bazijiet f'Malta kif imsemmi fil-Kostituzzjoni. Anzi hi mizura biex ma nkunux bl-indifferenza taghna partecipi fl-aggressjoni ta' Milosovic, u hu obbligu tal-Gvern li jaghti effett lid-dikjarazzjoni mahruga minnu billi jdahhal il-mizuri kollha mehtiega.
Ghaldaqstant l-esponenti filwaqt li jgibu s-suespost a formali konjizzjoni tal-protestanti, jiddiffidawhom milli jkomplu jaghmlu proceduri inutili u jpogguhom in dolo, culpa u mora ghall-finijiet u effetti kollha tal-ligi.
Bl-ispejjez.
A. E. BORG BARTHET
Avukat Generali
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN