Left arrow Go Back

Jintlahaq ftehim bejn il-Maltapost u l-GWU

PR0690
Date Icon 11/05/1999

Intlahaq ftehim ghal ri-organizzazzjoni fil-Maltapost, skond klawsola 15 tal-ftehim kollettiv ezistenti. Dan il-ftehim gie iffirmat illum, it-Tlieta 11 ta' Mejju 1999, fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, bejn il-Maltapost p.l.c. u t-Taqsima Servizzi Pubblici tal-General Workers' Union, fil-prezenza tal-Ministru Josef Bonnici u s-Segretarju Parlamentari George Hyzler.

Il-ftehim jigbor fih ri-organizzazzjoni li tinkludi struttura gdida li tipprovdi ghal iktar flessibilit'?, kif ukoll revizjoni tal-gradi ezistenti minn ghoxrin ghal tmienja.

Il-ftehim jipprovdi wkoll ghal zidiet fil-pagi, hlas ta' somom lill-impjegati ghall-ewwel sentejn, skema ta' allowances ghal certu xoghol u sistema gdid ta' re-deployment ghal uzu ahjar ta' rizorsi. Provediment iehor jirrigwarda titjib fil-prospetti ta' karriera u promozzjonijiet.

Iz-zewg nahat esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghall-ftehim, u wkoll ghall-mod kordjali li bih tmexxew it-tahditiet.

Ghal Maltapost iffirmaw ic-Chairman is-Sur Frank Dimech, id-Deputy Chairman is-Sur Tony Debono, u d-Diretturi Dr Joe Farrugia u s-Sur George Gatt. Ghall-G.W.U. iffirmaw is-Segretarja tat-Taqsima Servizzi Pubblici, is-Sinjura Josephine Attard Sultana u l-Assistant Segretarju, is-Sur John Mercieca, il-President tal-Kumitat Centrali Grupp Postali, is-Sur Joe Gatt u s-Segretarju, is-Sur Dennis Axisa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow