Il-Prim Ministru jibda zjara fi Praga
Il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, illum halla Malta ghal Praga.
Fi Praga, il-Prim Ministru ser ikollu laqgħat u taħditiet separati mal-President tar-Repubblika Ċeka Vaclav Havel, mal-Prim Ministru Milos Zeman, mal-Viċi Prim Ministru Egon Lansky, u mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Jan Kavan.
Matul dawn il-laqgħat mistennija ti'i diskussa l-applikazzjoni li ż-żew' pajjiżi għandhom għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-relazzjonijiet bilaterali.
Matul iż-żjara tal-Prim Ministru fi Praga, qed tkun organiżżata Malta Week li l-qofol tagħha hija esibizzjoni arkeolo'ika mtella' mill-Mużew ta' l-Arkeolo'ija ta' Malta. Din il-wirja ser tkun miftuħa mill-Prim Ministru. Ser ikun hemm diversi attivitajiet oħra ta' pubbliċita' għat-turiżmu lejn Malta.
Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, mis-Sur Salv Stellini, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, mis-Sur Richard Cachia Caruana, Assistent Personali tal-Prim Ministru, u mis-Sur Alfred J Chetcuti, Segretarju Privat tal-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt, 15 ta' Mejju 1999.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN