Left arrow Go Back

Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara jindirizza l-Konferenza dwar is-Sahha organizzata mill-Malta College of Family Doctors

PR0675
Date Icon 07/05/1999

Ir-rwol tal-Gvern hu li jassigura li l-principji ta' l-ekwita' u s-solidarjeta` fis-sahha mhux biss ikun rispettati fit-teorija imma wkoll fil-prattika. Ghalhekk il-Gvern ghandu jassigura li s-servizzi tas-sahha jkunu accessibbli ghal kulhadd irrispettivament mid-dhul finanzjarju ta' l-individwi u ghandu aktar minhekk jiffacilita l-access lil dawk l-aktar fil-bzonn.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara f'diskors fl-gheluq ta' konferenza ta' tlitt ijiem organizzata mill-Malta College of Family Doctors u l-Jesuit Centre for Faith and Justice bit-temaEquity in the Allocation of Health Resources.

Il-Ministru Deguara qal li kull persuna umana ghandha titpogga fic-centru ta' kull azzjoni jew inizjattiva politika. Hu sahaq fuq il-principju tal-Gvern tal-lum hi li hadd ma jibqa' lura u ghalhekk l-impenn biex s-servizzi tas-sahha jkunu accessibbli ghal kulhadd.

Madankollu sostna l-Onor. Louis Deguara, il-Gvern ma jistax jibqa miexi f'din id-direzzjoni wahdu. Fortunatament f'Malta, nghixu f'socjeta' hanina u ghalhekk in-numru ta' organizzazzjonijiet volontarji huwa kbir. Hu tenna li dawn il-gruppi mhux biss ghandhom jithallew l-ispazji biex jahdmu imma ghandhom ukoll ikunu mghejjuna fl-impenn taghhom biex jghinu setturi differenti tas-socjeta'. Huwa fatt li minhabba li dawn jaghtu servizz personalizzat, huma aktar effettivi tenna l-Onor. Louis Deguara. Din hija wahda mir-ragunijiet ghaliex il-Gvern irid jibdel il-Welfare State f'Welfare Society. "It-triq hija twila, baqa aktar x'nirbhu u wkoll diversi ostakli x'nissuperaw qabel inkunu sodisfatti b'dak li wettaqna" qal il-Ministru tas-Sahha.

L-allokazzjoni tar-rizorsi tas-sahha mhix ir-responsabilta' individwali ta' nazzjon wiehed. Din hija responsabilta li ghandha tkun kollettiva fuq bazi internazzjonali. Hu fatt maghruf li s-sahha ta' nazzjon taffettwa l-livell tas-sahha fil-pajjizi girien sostna il-Ministru Deguara.

L-Onor. Louis Deguara qal li hija r-responsabilta' ta' dawk li jqassmu r-rizorsi li jassiguraw li l-akbar numru ta' individwi jibbenefikaw mis-servizzi tas-sahha. Hu appella biex hadd ma jiehu aktar milli haqqu u wkoll biex kemm jista' jkun nghixu hajja b'sahhitha. Ghalhekk il-promozzjoni tas-sahha hija c-cavetta ghas-success f'dan is-settur. It-titjib fil-livell tas-sahha ta' pajjizna huwa aktar probabbli li jsehh billi ntejbu l-mod kif nghixu milli bl-introduzzjoni ta' terapija bl-antibiotici iktar qawwija. Ghalhekk anke l-edukazzjoni fuq is-sahha ghandha tkun indirizzata minghajr diskriminazzjoni lis-socjeta' kollha, irrispettivament mill-eta', is-sess u kundizzjoni li jkun jinsab fiha.

Fi tmiem id-diskors tieghu, il-Ministru Deguara fahhar l-inizjattiva ta' l-organizzaturi tal-konferenza u qal li jinsab konvint li din id-diskussjoni ser tghin biex tiggwida lil kulhadd biex tassigura li t-tqassim tal-gid fis-settur tas-sahha jkun bilancjat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow