Ir-Rapport tal-Bord ta' Monitoragg ta' l-Iskejjel li jghallmu l-Ingliz
Matul il-Konferenza ta' l-Ahbarijiet li fiha hadu sehem il-Ministru ghall-Edukazzjoni, Dottor Louis Galea u l-Ministru ghat-Turizmu, Dottor Michael Refalo, il-Ministru Refalo stqarr li kien xieraq li dan l-avveniment qed isir fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ghax `inkunu qed naghmlu zball kbir jekk inqisu t-taghlim, ghalkemm f'dan il-kaz ta' l-ilsien Ingliz lill-barranin bhala biss xi attivita' ta' negozju`.
Il-Ministru sostna li hu essenzjali li l-Konferenza tinzamm fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, ghaliex b'hekk `f'qasam kompetitiv bhalma hu t-turizmu nkunu qed nuru lill-klijenti taghna li ghalina l-aktar parti importanti mhijiex dik turistika izda dik tat-taghlim`.
Il-Ministru Refalo fakkar li aktar minn ghaxar snin ilu kien hu, dak iz-zmien ukoll responsabbli mit-Turizmu, li insista fuq rabta istituzzjonali bejn l-Edukazzjoni u t-Turizmu u ghat-Twaqqif tal-FELTOM, ghaqda li thaddan numru ta' skejjel. `Hu ghajb li llum il-FELTOM, ghalkemm jinghad li l-membri taghha nkarigati mit-taghlim tal-maggoranza ta' l-istudenti li jigu Malta biex jitghallmu l-Ingliz, tirrapprezenta biss minoranza ta' l-iskejjel`. Il-Ministru heggeg lill-kapijiet ta' l-iskejjel li mhumiex membri tal-FELTOM biex jikkunsidraw li jissiehbu.
Il-Ministru Refalo qal li l-industrija tat-turizmu hi wahda fragili u li n-nicca ta' dawk li jigu fostna biex jitghallmu l-Ingliz wahda mill-aktar delikati. `Kien ghalhekk li zgurajt li certi kondizzjonijiet tal-licenzja biex familja zzomm barranin ghandhom jinbidlu b'mod li kemm jista' jkun ma jinghatax lok ghal incidenti bhal dawk li graw fis-snin li ghaddew fejn tfajliet u guvintur gew akkomodati mhux biss fl-istess dar izda fl-istess kmamar.`
Mas-60% ta' dawk kollha li jigu jitghallmu l-Ingliz joqghodu ma' familji Maltin. Il-Ministru Refalo nsista li l-familja ma kienetx sostitut ghall-lukanda jew appartament, izda estensjoni tal-klassi fejn min jitghallem l-Ingliz ikollu opportunita' jkompli bit-tahrig tieghu. `Hu essenzjali ghalhekk li min imexxi skejjel jizgura li l-familji li jospitaw il-klijenti taghhom tassew ikunu jafu u jitkellmu Ingliz tajjeb`.
Il-Ministru Refalo kkritika lill-dawk il-kapijiet ta' skejjel li ghalkemm jafu li familja tkun qed izzomm ghandha aktar minn 4 persuni tkompli tibghat nies ghandha. Jinghad li jezistu kazi fejn in-numru ta' barranin li joqoghdu f'hin wiehed jizboq l-10. Kif tidhol fis-sehh il-Ligi l-gdida li bhalissa ghaddejja mill-Parlament, l-Awtorita' tat-Turizmu ser tinghata aktar mezzi u nies biex tinvestiga kazi bhal dawn u `jkun ahjar li flok ikomplu jiehdu riskju u jehlu Lm1000 multa h[al kull darba li jinqabdu, kull min ikun involut jiehu hsieb mil-lum li jizgura li ma jkunx hemm aktar minn 4 persuni ghand kull familja.`
Ftit aktar minn terz ta' dawk li jigu Malta biex jitghallmu l-Ingliz ikunu taht l-ghoxrin sena. Il-Ministru Refalo qal li din ic-cifra tixhed li l-iskejjel mhumiex attrezzati biss biex jghallmu guvintur u tfajliet izda professjonisti u nies li ghandhom kariga esekutiva. B'kollox jigu Malta mat-30,000 fis-sena.
L-NTOM tirreklama dan is-servizz li jinghata fl-iskejjel Maltin bi brochures u tattendi wkoll fieri specjalizzati. L-akbar suq hu dak Germaniz, warajh it-Taljan u mbaghad dak Franciz. F'dawn l-ahhar snin bdew gejjin Russi, Polakki u Ukrajni wkoll.
Ghalkemm fil-bicca l-kbira min jigi biex jitghallem l-Ingliz izur Malta fis-sajf jidher li dan l-ahhar din in-nicca tas-suq qed tikkontribwixxi wkoll biex jissahhu x-xhur tax-xitwa.
Il-Ministru Refalo kkonkluda billi rega' sahaq dwar l-importanza tas-servizz li ghandu jinghata lil min jigi Malta ghal skop specifiku u stqarr li l-ahjar reklam jinghata mill-fama li l-pajjiz u l-iskejjel ta' l-Ingliz jiksbu mal-klijenti taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN