Il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jikkonferma li z-zieda fuq telefonati ghal barra bil-Cardphones kienet approvata fi zmien l-amministrazzjoni precedenti
B'referenza ghall-istqarrija tal-Maltacom dwar zieda ta' 25% fuq telefonati ghal barra bil-Cardphones, kif ukoll il-mod kif din l-istqarrija giet rapportata fil-Media, partikolarment fil-gazzetta "Kull Hadd", irid jinghad li t-talba ghal din iz-zieda saret lir-Regolatur ghat-Telekomunikazzjoni mill-Maltacom, b'ittra li ggib id-data tat-30 ta' Lulju 1998. Attwalment din it-talba tal-Maltacom lir-Regolatur giet approvata mill-istess Regolatur fis-6 ta' Awissu 1998, ftit granet biss wara li ntbaghtet.
Dan juri bic-car li, kuntrarjament ghal dak li gie rapportat, iz-zieda fit-tariffa giet awtorizzata fi zmien l-Amministrazzjoni precedenti, jigifieri meta kien hemm partit fil-gvern li dejjem ipprofessa li hu kontra d-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Madankollu, fil-kampanja taghha kontra l-Unjoni Ewropea, l-Oppozizzjoni Laburista qieghda ukoll tinsa dak li hi stess tkun approvat.
Ghalhekk jidher car li din iz-zieda, kif awtorizzata fi zmien Amministrazzjoni Laburista, qatt ma setghet tkun rizultat ta' xi talba mill-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN