Left arrow Go Back

Il-Ministru tal-Politika Socjali Dr. Lawrence Gonzi jikkundanna tghawwig ta' diskors tieghu mill-media laburista

PR0647
Date Icon 03/05/1999

B'riferenza ghall-istqarrija tal-lum tas-sur Jimmy Magro, Segretarju Generali tal-MLP, irrid nikkundanna bl-aktar mod qawwi t-tghawwig tad-diskors tieghi minn naha tal-Media Laburista, liema tghawwig qieghed isir f'attentat biex tigi zvijata l-opinjoni pubblika mill-pozizzjoni irresponsabbli li ha l-Partit Laburista dwar l-investiment li l-HSBC iddecidiet li taghmel f'azjenda bankarja Maltija.

L-investiment tal-HSBC fil-Mid-Med Bank huwa, fih innifsu, certifikat ta' fiducja fil-pajjiz u fil-kapacitajiet tal-haddiema Maltin u Ghawdxin.

Filwaqt li bank ewlieni fil-qasam internazzjonali ghazel li jaghti dan il-vot ta' fiducja daqshekk qawwi fil-hila taghna bhala poplu, il-Partit Laburista baqa' jikkunsidra lill-poplu taghna bhala wiehed dghajjef u mhux kapaci jikkompeti. Din m'hijiex xi haga gdida ghaliex il-kelliema kollha tal-Partit Laburista issa ilhom zmien twil jargumentaw li pajjizna ghandu jibza' minn xi invazjoni ta' haddiema barranin fis-setturi ta' l-ekonomija taghna, inkluz il-qasam tan-negozju z-zghir.

L-ebda tghawwig ta' diskors m'hu ser jahbi l-fatt li dan hu argument purament politiku li f'ebda hin ma kien intenzjonat li jitfa' xi riflessjoni personali fuq persuni fil-politika jew barra mill-politika

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow