Prezentazzjoni ta' rapport dwar il-hidma fil-Qasam Socjali fil-Germanja lill-Ministru ghal Ghawdex
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, nhar il-Hamis li gej, 6 ta' Mejju 1999, ser tigi pprezentata b'rapport dwar il-hidma fil-qasam socjali fil-Germanja. Dan ir-rapport, illi ser jinkludi rakkomandazzjonijiet ghal Ghawdex, ser jigi pprezentat lilha mis-Sinjura Claire Camilleri, li mexxiet delegazzjoni ministerjali fl-Istat Federali tan-North-Rhine Westphalia, fil-Germanja, ftit tal-gimghat ilu.
Waqt iz-zjara taghhom fil-Germanja, il-membri tad-delegazzjoni segwew programm komprensiv ta' zjarat u seminars dwar diversi oqsma tal-qasam socjali. Is-suggetti li gew diskussi jinkludu persuni b'dizabilit'?, l-abbuz tad-droga jew l-alkohol, il-qaghad, il-vjolenza domestika, l-abbuz tat-tfal u l-qasam ta' l-anzjani. Huma zaru wkoll skejjel, sptarijiet, djar residenzjali, centri ta' matul il-jum, kif ukoll diversi organizzazzjonijiet non-governattivi.
Id-delegazzjoni ministerjali kienet tinkludi rapprezentanti tal-Ministeru ghal Ghawdex, ta' diversi dipartimenti fis-Settur Pubbliku, u persuni ohrajn li jahdmu ma' organizzazzjonijiet non-governattivi fil-qasam socjali f'Ghawdex. Il-grupp kien jinkludi ukoll psikologu, social workers u ghalliema fi skejjel u centri ghal persuni b'dizabilit'?.
Dan ir-rapport ser jigi pprezentat lill-Ministru ghal Ghawdex waqt Konferenza Stampa li ser issir fil-Ministeru ghal Ghawdex, nhar il-Hamis 6 ta' Mejju 1999, fis-siegha u nofs ta' wara nofsinhar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN