Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg izur Dipartimenti li jaqghu taht ir-responsabilita' tal-Ministeru, f'Ghawdex
"Il-gvern jixtieq li jkun hemm ko-ordinazzjoni ahjar tar-rizorsi materjali u umani fil-gzira Ghawdxija biex il-problemi li hemm, jinghelbu bl-ahjar mod possibbli."
Dan qalu l-Ministru tal-Intern Dr Tonio Borg dal-ghodu, waqt zjara li ghamel fid-Dipartimenti kollha li jaqghu taht il-Ministeru tal-Intern f'Ghawdex.
L-ewwel laqgha tal-Ministru Borg dalghodu kienet mal-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono. Flimkien huma tkellmu dwar problemi partikolari li ghandha l-gzira Ghawdxija.
Huma ddiskutew problemi ta' tqassim ta' pulizija f'zoni turistici, fuq kif Malta tista' tghin lill-Ghawdex f'operazzjonijiet tat-tifi tan-nar - kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-bahar, fuq aktar sigurta` fil-bajjiet, kif ukoll fil-glieda kontra l-kriminalita`.
Il-Ministru tkellem ukoll mal-Kapijiet tad-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru tal-Intern f'Ghawdex. Huwa ltaqa' mal-Ufficjal inkarigat mid-Dipartimenti tar-Registru Pubbliku, ir-Registru tal-Artijiet u tan-Nutar tal-Gvern, - Dr Mary Debono, mal-Ufficjal inkarigat mid-Dipartiment tal-Passaporti, Frances Pace, mal-Perit tal-Ufficcju tal-Awtorita` tal-Ippjanar f'Ghawdex Raphael Asciaq, mal-Ufficjal inkarigat mid-Dipartiment tal-Artijiet, George Farrugia, u mas-Supretendent tal-Pulizija f'Ghawdex Paul Sammut.
Il-Ministru tal-Intern qal li l-Gvern fi hsiebu jiehu inizjattivi biex jiggestixxi ahjar l-art tieghu b'aktar hsieb. Qal ukoll li l-Gvern prezenti huwa konxju li Ghawdex jista' jkollu anqas problemi minn Malta, madankollu r-rizorsi f'Ghawdex huma wkoll aktar limitati.
Dr Borg qal li f'post zghir bhal Ghawdex jinhass aktar il-bzonn li r-rizorsi jigu kkoordinati b'mod aktar effettiv. "Il-Gvern qed jikkunsidra wkoll kif jista' jghin lill-organizzazzjonijiet non-governattivi f'Ghawdex, specjalment dawk li jistghu jaghtu l-ewwel ghajnuna fuq ix-xtut bhal ma diga` jsir f'Malta."
Meta tkellem dwar it-tifi tan-nar u l-pulizija, il-Ministru qal li Ghawdex ghandu dejjem jiehu sehmu minn kull taghmir gdid li jasal Malta, kif ukoll sehem mir-rizorsi umani, meta jkun hemm reklutagg gdid. Ghaldaqstant huwa wieghed li se jintbghat taghmir gdid ghat-tifi tan-nar ghal Ghawdex.
Tkellem ukoll dwar l-Awtorita` tal-Ippjanar. Huwa qal li l-gvern se jaghmel tliet tipi ta' riformi f'dan ir-rigward. Dawn huma riforma fil-policies, riforma fl-istrutturi tal-Aworita` kif ukoll riforma fil-Ligi tal-Ippjanar.
Huwa kkonkluda b'diskors ta' apprezzament ghax-xoghol li jaghmlu l-haddiema impjegati mas-servizz pubbliku u wera x-xewqa tieghu li x-xoghol tajjeb li jwettqu dawn in-nies jidher aktar. "Hawn it-tendenza li fil-media jigu rrapurtati biss in-nuqqasijiet fic-Civil, mentri hemm hafna nies ohra li ma jidhrux izda li jwettqu xoghol tassew fejjiedi."
Il-Ministru ghal Ghawdex l-Onor Giovanna Debono irringrazzjat lill-Ministru Dr Tonio Borg taz-zjara li ghamel fil-gzira Ghawdxija fejn seta' japprezza ahjar ix-xoghol li jsir f'Ghawdex, jifhem ahjar il-problemi amministrattivi u jiehu azzjoni dwarhom.
Wara dan, il-Ministru Tonio Borg, akkumpanjat mill-Ministru Giovanna Debono zaru d-Dipartimenti u t-Taqsimiet kollha li jaqghu taht ir-responsabbilita` tal-Ministeru tal-Intern f'Ghawdex
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN