Imfakkar f'Ghawdex il-Jum dedikat ghas-sengha tal-Bizzilla
Dan l-ahhar fic-Centru ta' l-Universit'? fix-Xewkija, Ghawdex, inzammet ir-raba' ‘Lace Day'. Mijiet ta' studenti tal-bizzilla, ghalliema u hbieb tal-hidma tal-bizzilla mlew il-kwartieri tal-bini antik, li fil-gejjieni se jservi bhala Centru ta' Ricerka u Taghlim tal-Bizzilla.
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor Giovanna Debono, inawgurat dan il-"Jum tal-Bizzilla" b'diskors qasir li fih fissret l-avvanzi kbar li saru f'Ghawdex fix-xoghol tas-sengha tal-bizzilla. Dr Joe Bezzina ghamel diskors ta' l-okkazjoni fuq il-hidma ta' Dun Guzepp Diacono, fundatur ta' l-ewwel Dar ta' l-Industrija tal-Bizzilla f'Ghawdex.
Bhalissa qed isiru t-thejjijiet necessarji biex jitwaqqaf muzew nazzjonali tal-bizzilla f'Ghawdex. Fil-wirja gew esebiti numru kbir ta' bizzilla qadima u kontemporanja u saru wirjiet ta' kif ghandha tinhatt il-bizzilla mad-drapp bl-idejn. Saru wkoll lectures minn Consiglia Azzopardi, ko-ordinatur tal-‘Lace Programme' bil-ghan li tinghata iktar informazzjoni fuq ix-xoghol tal-bizzilla u l-izvilupp taghha fis-suq lokali u barrani.
Il-haddiema tal-bizzilla prezenti pprezentaw petizzjoni lil Ministru ghal Ghawdex biex isir sforz mill-Gvern, biex il-bizzilla mahduma bl-idejn tigi protetta minn kull imitazzjoni ohra u hekk tkun tista' iggib il-prezz misthoqq lil tant sengha, pacenzja u arti.
Bhalissa tezisti xewqa kbira fost il-pubbliku ghat-taghlim tal-bizzilla fuq livell akkademiku. Zgur li dan il-"Jum tal-Bizzilla" sewa biex juri lill-pajjizna li l-bizzilla kienet, ghadha u se tibqa' ghal qalb hafna Maltin u Ghawdxin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN