Left arrow Go Back

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali jwiegeb lill-Partit Laburista dwar il-haddiema ta' Kalaxlokk

PR0574
Date Icon 16/04/1999

L-istqarrija ta' l-Onor Attard Montalto f'isem il-Partit Laburista dwar il-haddiema tal-Kalaxlokk tkompli tikkonferma kemm il-Partit Laburista jaghmel bil-kontra ta' dak li jghid.

Skond il-Partit Laburista, s-soluzzjoni ghas-sitwazzjoni tal-Kalaxlokk tinstab billi jinqabzu dawk kollha li qieghdin jirregistraw ghax-xoghol u li ilhom jirregistraw ghal numru ta' snin. Il-Partit Laburista kien sahansitra lest li jbiddel il-ligi biex iwettaq mizura bhal din li tmur kontra kull sens ta' gustizzja socjali.

Il-Gvern jemmen li s-soluzzjoni li ghandha tinstab trid tkun ibbazata fuq proposti ragjonevoli li bl-ebda mod ma jmorru kontra d-drittijiet ta' haddiema ohra li qieghdin ifittxu x-xoghol.

Il-Gvern jemmen ukoll li l-process ta' ristrutturazzjoni jitlob li jsir sforz genwin u realistiku biex kull impriza f'Malta, privata jew pubblika - tkun vijabbli u kompettitiva u jkollha haddiema flessibbli li jaddattaw rwiehom ghal kompetizzjoni li l-pajjiz irid jiffaccja u jirbah.

Il-Kalaxlokk ma hijiex eccezzjoni u ghalhekk il-Gvern jemmen li s-soluzzjoni li trid tinstab trid bilfors tilhaq dawn il-miri. Jekk ma jsirx hekk, inkunu qieghdin nidhqu bin-nies u nidhqu bil-haddiema.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow