Jitwaqqaf il-Kumitat "Sport for all"
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett, illum waqqaf il-Kumitat Sport for All. L-ghan ewlieni li ghalih gie mwaqqaf dan il-Kumitat huwa li jibni kultura fejn l-akbar numru ta' nies ikollhom access ghal diversit'? ta' attivitajiet u facilitajiet sportivi. Barra minhekk ghandu d-dover li jsahhah il-prattika f'ezercizzji u attivitajiet sportivi indipendentement minn et'? u sess. Il-filosofija ta' Sport for All hija li kull membru tas-socjet'? huwa liberu li jaghzel il-mod u l-hin ta' kif jista` jzomm ruhu attiv.
Il-Kumitat ta' Sport for All ghandu l-ghan li jahseb primarjament ghaz-zghazagh u tfal, nisa tad-dar, anzjani u nies bi bzonnijiet specjali. Din il-faxxa ta' nies hija l-aktar sezzjoni li, ghal xi raguni jew ohra, ma tipprattikax xi forma jew ohra ta' sport. Ghalhekk hemm bzonn li tinholoq sinergija ma' entitajiet diversi foshom il-Kunsilli Lokali, Ghaqdiet Sportivi u Volontarji, u Dipartimenti governattivi bhal ma huma d-Dipartimenti ta'l-Edukazzjoni, tas-Sahha u tas-Servizzi Socjali.
Dan il-Kumitat permezz ta' din il-policy ser ikun kapaci johloq kuncett fejn fis-socjet'? Maltija tidhol il-mentalit'? li l-isport huwa wiehed mill-ingredjenti l-aktar importanti ta' hajja izjed b'sahhitha mentalment u fizikament.
Il-membri ta'dan il-kumitat huma:
Chairman Dr. Herbert Messina Ferrante
Vici Chairman Is-Sur Tony Debono
Membri Is-Sur Daniel Buhagiar
Is-Sur Joseph Urpani
Is-Sur Mark Farrugia
Is-Sur Envic Galea
Is-Sinjura Mariella Piscopo
Is-Sinjura Gemma van Vuuren Cassar
Is-Sinjura Tanya Zahra
Segretarju Is-Sur John Farugia
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN