Ftuh ta' Centru ghall-Anzjani fix-Xaghra Ghawdex
Il-Kunsill Lokali tax-Xaghra l-bierah inawgura Centru ghall-Anzjani. Il-Kunsill ha din l-inizjattiva sabiex l-anzjani kollha tal-lokalit'? tax-Xaghra, li jammontaw ghal madwar 800 ruh, ikollhom post li jservi ta' rikrejazzjoni, divertiment u ta' taghlim.
Fil-futur qarib, hemm ukoll pjanijiet biex dan ic-Centru jorganizza attivitajiet ta' natura kulturali, kif ukoll zjarat ta' orjentazzjoni f'diversi lokalitajiet tal-gzejjer Maltin. L-attivit'? f'dan ic-Centru tinkludi wkoll tahditiet u lectures minn mistiedna u esperti f'diversi oqsma li jolqtu lill-qasam ta' l-anzjani, biex b'hekk ikunu jistghu jzommu ruhhom aggornati ma' l-izviluppi u l-ghajnuniet moghtija lil dan is-settur tas-socjet'?.
Dan kollu qed issir fil-kuntest tal-politika tal-gvern li jaghti l-attenzjoni kollha lill-bzonnijiet u l-problemi li jiltaqghu maghhom l-anzjani fil-lokalit'? taghhom. Ghal dan il-ghan, il-Kunsill wasal ghall-arrangament ma' l-awtoritajiet ekklezjastici sabiex jigi pprovdut lokal ghall-attivitajiet imsemmija.
Dan huwa l-ewwel centru tax-xorta tieghu li nfetah f' Ghawdex. Prezenti ghal din l-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani Dr Antoine Mifsud Bonnici, il-Ministru ghal Ghawdex, is-Sinjura Giovanna Debono, is-Sindku s-Sur Anthony Attard u l-Kunsilliera tax-Xaghra. L-okkazzjoni bdiet b'Quddiesa u bit-tberik ta' l-istess Centru mill-Eccellenza Tieghu Mons Isqof Nikol Cauchi. Saru ukoll diskorsi ta' l-okkazjoni mill-mistiedna distinti u varjet'? mtella' minn anzjani Xaghrin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN