Il-Ministru Austin Gatt ihabbar ix-xoljiment tal-Kunsill Lokali tas-Sannat
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, dalghodu habbar li l-Kunsill Lokali Sannat kien gie xolt bis-sahha tal-paragrafu (b) ta' l-artiklu 22 tal-Ligi dwar il-Kunsilli Lokali
F'Konferenza ta' l-Ahbarijiet li saret dalghodu fl-ufficcju tieghu f'Kastilja, Dr. Gatt qal li din hija l-ewwel darba li l-Gvern kellu jiehu pass bhal dan, u qal li jinsab dispjacut li s-sitwazzjoni eskalat sa dan il-punt.
"Id-decizjoni li jkun xolt dan il-Kunsill ma kienetx wahda facli, u ghamilna minn kollox biex nevitawha, izda wiehed ma setghax jaghmel mod iehor wara li dan il-Kunsill ma kienx qed jiffunzjona skond il-parametri tal-Ligi li tirregola l-Kunsilli Lokali," zied jghid Dr. Gatt.
Hawnhekk Dr. Gatt ta' spjegazzjoni qasira ta' kif originat il-krizi fi hdan il-Kunsill Lokali Sannat, fejn minhabba li Kunsilliera li kienet eletta b'mod kazwali wara rizenja precedenti ta' Kunsillier iehor, irrezenjat hi wkoll, l-erba' Kunsilliera ma setghux jaqblu dwar min kellu jkun li jimla l-post vakanti.
Peress li l-Ligi tistipula li meta jkun hemm post vakanti, l-ghazla tal-kunsillier gdid ghandha tkun l-ewwel materja li tkun diskussa f'seduta tal-Kunsill Lokali, dan in-nuqqas ta' qbil spicca biex ripetutament, zewg kunsilliera indipendenti bdew johorgu l-barra mis-seduta. Ghalhekk ma kienx qed ikun hemm quorum u s-seduta kull darba kellha tigi sospiza.
Din il-krizi kompliet tikber u l-Kunsill Lokali ma baqax jiltaqa b'mod regolari skond kif titlob il-Ligi, i.e. mill-inqas darba f'xahar. Fil-fatt, l-ahhar laqgha li fiha l-Kunsill hadem normalment saret aktar minn sena ilu u minn dak iz-zmien 'l hawn, il-laqghat kollha spiccaw f'tilwim bejn il-kunsilliera.
Fil-fatt, kemm l-estimi finanzjarji precedenti u kif ukoll dawk tas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Marzu li ghadda, ghadhom ma kienux approvati. Dan imur kontra l-provvedimenti li titlob il-Ligi u kien dan li wassal ghall-qaghda mwiergha li ninsabu fiha llum.
Huwa rrefera wkoll ghall-Avviz Formali li l-Prim Ministru, Dr. Eddie Fenech Adami, kien baghat fid-29 ta' Jannar 1999, fejn insista li jekk ma tinstabx soluzzjoni ghal krizi li kien hemm fi hdan il-Kunsill sa' l-ahhar ta' Frar 1999, ma jkollu l-ebda triq ohra hlief li jaghti parir lil President ta' Malta li jxolji l-Kunsill Lokali Sannat.
Huwa qal ukoll li ghalkemm saru diversi tentattivi sabiex tinstab soluzzjoni ghal krizi li nholqot, kemm minn naha tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, minn naha ta' l-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u kif ukoll minnu personali u minn Ministri precedenti, din is-soluzzjoni baqghet ma nstabietx.
Il-Ministru Gatt habbar li skond kif titlob il-Ligi se jahtar Kumitat ta' Tmexxija ghall-perjodu ta' tletin gurnata, li se jkun responsabbli mit-tmexxija ordinarja tal-Kunsill Lokali sakemm issir elezzjoni ghall-Kunsilliera godda. Dan il-Kumitat se jkun maghmul minn Dr. Ian Micallef, is-Sur Joe Cassar u s-Sur Noel Formosa - President, Vici-President u Membru rispettivament, ta' l-Assocazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Skond il-Ligi, il-Kummissjoni Elettorali ghandha tletin gurnata zmien sabiex torganizza l-elezzjonijiet ghal din il-lokalita', u l-Kunsilliera l-godda se jkunu eletti ghal perjodu li fadal tal-mandat attwali, igifieri sena, fejn l-elezzjoni terga' ssir meta suppost f'Marzu li gej.
Dr. Gatt temm jghid li l-eccezzjonalita' ta' dan il-pass hi xhieda fiha nnifisha ta' kemm il-Kunsilli Lokali fin-normalita' taghhom ma jitmexxewx kif tmexxa l-Kunsill Lokali Sannat, fejn sfortunatament jidher li l-pika personali ta' whud mill-Kunsilliera sebqet fuq is-sens ta' dover lejn ir-residenti ta' Sannat.
"Ninsab cert li dan il-kaz izolat bl-ebda mod ma jnaqqas mill-fiducja generali li jgawdu l-Kunsilli Lokali," ikkonkluda l-Ministru Gatt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN