Left arrow Go Back

Il-Ministru Ninu Zammit jinawgura l-Green Week Fair fin-Naxxar

PR0554
Date Icon 14/04/1999

Il-Ministru ta' l-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, dalgħodu inawgura il-Fiera Speċjalizzata Green Week fil-Kumpless tal-Fieri, fin-Naxxar. Huwa qal li din is-sena, bħala tema, il-Ministeru għażel l-Unjoni Ewropea u s-setturi tal-biedja u s-sajd. '?al dan il-għan, intrama stand apposta li fih ser tingħata informazzjoni, anke permezz ta' l-Internet, minn impjegati tad-Dipartiment dwar dan is-su''ett. Dawn l-uffiċjali ser ikunu disponibbli anke biex jirrispondu domandi tal-pubbliku.

Il-Ministru Zammit spjega ukoll li t-Taqsima ta' l-Apikultura (trobbija tan-naħal) li għada kemm 'iet rivitalizzata fi ħdan id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, ser tkun preżenti wkoll waqt din il-fiera, sabiex toffri servizz lil min irabbi n-naħal. Dan is-servizz jinkludi l-provvista ta' r'ejjen u friegħ skond il-bżonnijiet individwali. B'hekk din l-industrija tissaħħah u barra mill-importanza tal-produzzjoni ta' l-għasel, wieħed m'għandux iħalli barra ir-rwol li għandhom in-naħal fid-dakkir (pollination) tal-pjanti.

Hemm ukoll taqsima li ser tagħti pariri prattiċi u dimostrazzjonijiet ta' kif wieħed għandu jiżbor u jlaqqam is-si'ar. Dan ser ikun fis-sezzjoni mtella' mill-Micropropagation Centre, b'kooperazzjoni u bl-għajnuna mogħtija mill-Universit'? ta' Bari.

Il-Ministru Zammit spjega li ser ikun hemm bejgħ ta' prodotti u xitel tad-Dipartiment, u li il-qliegħ minn dan il-bejgħ, għall-ewwel darba, ser imur għall-Malta Community Chest Fund.

Huwa appella lill-pubbliku biex jattendi għal din il-fiera speċjalizzata li qed tittratta materja daqshekk importanti għal pajjiżna, u barra li wieħed ikollu l-okkażjoni li jinforma ruħu aħjar, u anke jitgħallem xi teknika partikolari, ikun jista jgħin attivit'? filantropika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow