Il-Prim Ministru jikteb lill-Agent Speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti
Il-Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami illejla kiteb lill-Agent Speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, l-Onor. Michael Bonnici. Kopja ta' din l-ittra qed tigi annessa.

IL-PRIM MINISTRU
MALTA
12 ta' April 1999
Ghaziz Agent Speaker,
Nixtieq naghmel referenza ghall-ittra li baghatlek il-Kap ta' l-Oppozizzjoni biex issejjah laqgha tal-Kamra tad-Deputati ghal ghada, 13 ta' April, fis-6.00 pm.
Fil-fehma tieghi l-Ordni Permanenti Numru 8 ma tapplikax ghal kaz. Id-decizjoni li l-Gvern ibiegh l-ishma li ghandhu f'xi socjeta' kummercjali hija decizjoni amministratta li tispetta lilu biss.
B'dana kollu nixtieq ninfurmak illi l-Gvern sa minn nhar it-Tnejn beda jaghti l-informazzjoni li setghet tinghata dwar bejgh ta' ishma li hu ghandhu fil-Mid Med Bank plc, lill-Midland Bank plc., sussidjaraja tal-HSBC.
Minhabba esigenzi ta' regolamentazzjoni ta' boroz ta' kambju internazzjonali l-Gvern ma jistax jippubblika certa dettalji qabel ma jkun hemm almenu konvenju.
Minkejja dan, din l-informazzjoni giet mghoddija lill-Oppozizzjoni f'laqgha li l-Ministru tal-Finanzi kellu mal-Kelliem ewlieni ghall-Finanzi ta' l-Oppozizzjoni, l-Onor. Leo Brincat, liema laqgha intalbet mill-Ministru tal-Finanzi l-gimgha li ghaddiet u li sehhet dalghodu.
Il-bejgh ta' l-ishma ghandhu jigi finalizzat ghall-ahhar ta' Mejju. Il-Gvern ma jsib ebda oggezzjoni li qabel ma jigi ffinalizzat dan il-bejgh, il-Parlament jiddibatti dan il-ftehim fil-kuntest ta' l-interess nazzjonali.
Firmat: Eddie Fenech Adami
L-Onor. Michael Bonnici
Agent Speaker
Kamra tad-Deputati
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN