Il-Ministeru tas-Sahha jghin lir-Refugjati tal-Gwerra tal-Kosovo
Wara s-sejha li ghamlet l-SOS Albanija ghal ghajnuna biex jigu mtaffija t-tbatijiet tar-refugjati tal-gwerra fil-Kosovo fl-Albanija, il-Ministeru tas-Sahha jhabbar illi illejla ser jigu trasportati lejn l-Albanija medicini u materjal iehor li jintuza fl-ewwel ghajnuna ghal valur totali ta' aktar minn Lm20,000. Dawn ittiehdu mill-istock li ghandu l-gvern.
Il-medicini jinkludu diversi antibiotici, qtar ta' l-ghajnejn, vitamini u nutrijenti kif ukoll trattamenti ghal kontra l-infjammazzjonijiet, tuberkolozi, infestazzjonijiet minn insetti jew mill-moffa kif ukoll gibs, faxex u garez.
Il-Ministeru qed jipprepara wkoll konsenji ohrajn li jistghu jigu indikati lilu bhala htigiet ohra urgenti kif mitluba lilu mill-SOS Albanija wara li tintemm l-ispedizzjoni tal-lum.
Il-Ministeru jixtieq jiehu din l-opportunita' biex jirringrazzja lill-impjegati kollha involuti li lestew din l-ewwel konsenja f'hin relattivament qasir biex tkun tista' tintbaghat illejla.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN