Wirja Internazzjonali ta' l-Arti f'Malta
Il-wirja internazzjonali ta' l-arti intitolata "From Hagar Qim to the Ring \of Brodgar" ser tigi inawgurata mill-Onor. Louis Galea, Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-lum, it-Tnejn, 5 ta' April 1999, fis-6.00 ta' filghaxija, fil-Muzew Marittimu fix-Xatt tal-Birgu.
Il-wirja, li tirapprezenta 34 l-artist minn bosta partijiet tad-dinja, u partikolarment mil-Iskozja u minn Malta, qed tittela' mid-Demarco European Art Foundation b'kollaborazzjoni mal-Ministeri ta'l-Edukazzjoni u Ambjent.
Id-djalogu kulturali bejn l-Iskozja u Malta issa ghandu mal-hamsa u ghoxrin sena, u jista' jitqies bhala thejjija lejn it-Tielet Millenju. Huwa djalogu li jigbor fih il-wirt kulturali Ewropew minn zmien il-bennejja tat-tempji preistorici sa l-artisti kontemporanji, li jibda f'Malta u jispicca fl-Iskozja.
L-artisti Maltin li qed jiehdu sehem huma Norbert Attard, Richard England, Alfred Chircop, Vince Briffa, Gabriel Caruana, Conrad Buhagiar, Anna Grima u John Borg Manduca (f'kollaborazzjoni ma' Ian Hamilton Finlay ta' l-Iskozja).
L-artisti barranin huma Edwin Owre (U.S.A.), Carolyn Curtis Magri (U.K.), Shelley Horton Trippe (U.S.A.), Skye Reynolds (Awstralja), Anke von Lowensprung-Cram (Germanja), Janet Treloar (U.K.) Geert Bischopp (Belgju), Julie Brook (Skozja), Miche Fabre-Lewin (U.K.), Alfred Graf (Awstrija), Lorna Green (U.K.), Ian Howard (Skozja), Marion Leven (Skozja), Will Maclean (Skozja), Robert McDowell (Irlanda ta' Fuq), Alexander Maris (Skozja), John David Money (U.S.A.), Dawson Murray (Skozja), Elizabeth Murray (Skozja), Terry Newman (U.K.), Donald Parenzee (Afrika t'Isfel), Sonia Rolak (Polonja), Shelley Sacks (U.K. u l-Afrika t'Isfel), Elaine Schemilt (Skozja), Arthur Watson (Skozja) u Julie Brook (Skozja).
Il-wirja se tibqa' miftuha sas-7 ta' Lulju, 1999. Id-dhul huwa b'xejn, waqt li l-hinijiet tal-ftuh huma mid-9.00 a.m. sal-4.30 p.m. (sa l-14 ta' Gunju) u mit-8.30 a.m. sas-2.00 p.m. (mill-15 ta' Gunju), kuljum, minnbarra fil-Festi Pubblici.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN