Zjara tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo fl-Istati Uniti ta' l-Amerika
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, kellu laqgha ma' l-Ambaxxatrici ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-E.T. Ms Kathryn L. Proffitt, fi sfond ta' zjara li s-Sur Vassallo ser jaghmel fl-Amerika fil-jiem li gejjin.
Din iz-zjara qed ssir fuq stedina ta' l-Ambaxxata Amerikana u ser ikollha l-ghan li tiffamiljarizza lis-Sur Vassallo ma' Agenziji tal-Gvern Amerikan, li joffru servizz lin-negozji zghar fl-Istati Uniti.
Il-programm, li ser ikun intensiv hafna, huwa mfassal fuq tlett gimghat u huwa mifrux f'diversi Stati ta' l-Amerika. Is-Segretarju Parlamentari ser izur fost l-ohrajn, centri li jamministraw incentivi u ghajnuniet lin-negozji zghar, korporazzjonijiet u programmi li jizviluppaw in-negozju zghir u diversi zoni industrijali maghmula minn negozji zghar. Il-programm ser jibda fis-Small Business Administration Headquarters, f'Washington D.C. Fil California s-Sur Vassallo ser izur negozji u stabbilimenti zghar fl-industrija tal-Computers u l-Informatika, li huma kkoncentrati f'Silicon Valley.
Il-programm ikompli f'Ohio, fejn is-Sur Vassallo jiltaqa' mal-Kunsill ghall-Industrija Privata, waqt li f'Pennsylvania mistenni jzur universitajiet li jispeccjalizzaw fil-Kummerc.
Il-programm jaghlaq fi New York, fejn is-Sur Vassallo jiltaqa' fost l-ohrajn, ma' ufficjali gholja fid-Dipartiment tal-Kummerc Amerikan u Centri ta' Assistenza ghall-Esportazzjoni lin-negozji zghar.
Waqt din iz-zjara s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ser izur l-Ambaxxata ta' Malta fi New York, waqt li f'California huwa mistenni jiltaqa' ma' l-Hon. Consul General u l-Hon. Consul f'San Francisco, li huma t-tnejn ta' nisel Malti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN