Left arrow Go Back

Ringrazzjament tal-President ta' Malta lill-Forzi Armati

PR0492
Date Icon 01/04/1999

Il-President ta' Malta, Dott. Ugo Mifsud Bonnici, kiteb lill-Brigadier Rupert Montanaro biex jirringrazzja lill-Forzi Armati ghas-servizzi taghhom tul il-Presidenza tieghu.

It-test ta' l-ittra tal-President issegwi.



IL-PRESIDENT TA' MALTA

30 ta' Marzu, 1999

Brigadier Rupert C. Montanaro
Kmandant
Forzi Armati ta' Malta
LUQA

Ghaziz Brigadier,

Fi tmien iz-zmien tal-Presidenza tieghi, nixtieq inwassal ir-ringrazzjamenti tieghi u ta' marti ghas-servizz leali li inti, l-ufficjali u l-kompnenti kollha tal-Forzi Armati tajtu tul il-hames snin li qdejt dmiri bhala President.

Irrid hawn nirringrazzja b'mod specjali lil dawk kollha li ghassew il-Palazzi u d-dar tieghi, lil dawk li ttrasportawni fuq l-elikotteru, lil dawk li ghenu fl-attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund, lill-Banda, u fuq kollox lit-tlett ajjutanti li tatni l-Armata, il-Maggur John Schembri, u l-Kaptani Martin Bondin u David Mifsud, li kienu eccezzjonali fil-mod kif issekondawni fil-qadi ta' dmirijieti.

Grazzi. Nitolbok twassal dan il-messagg lil kulhadd u tghaddih lill-istampa.

Ghoddni tieghek,

UGO MIFSUD BONNICI
President ta' Malta

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow