Inawgurata Pjazza Repubblika fil-Qala, GhawdexInawgurata Pjazza Repubblika fil-Qala, Ghawdex
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono, ricentement attendiet ghall-inawgurazzjoni ta' progett mill-Kunsill Lokali tal-Qala, li jikkonsisti f'kostruzzjoni ta' roundabout u traffic islands u tqeghid ta' l-istatwa ta' San Guzepp f'nofs ir-roundabout fi Pjazza Repubblika.
Ic-cerimonja bdiet b'marc mill-‘Ghaqda Muzikali Qala' mat-toroq Mithna, Wied Simar u ntemm fi Pjazza Repubblika. Fid-diskors tieghu, is-Sindku Paul Buttigieg elenka x-xoghol ta' din il-Pjazza, kif ukoll xoghlijiet u progetti ohra li qed jippjana li jaghmel il-Kunsill. Ix-xoghol huwa kwazi kollu maghmul mill-haddiema tal-Gvern, specjalment dawk tas-CMU, l-MSS u ta' l-Agrikoltura.
Wara sar diskors kommemorattiv minn Rev. Dr. Joseph Bezzina dwar l-origini tal-monument ta' San Guzepp. Fi tmiem ic-cerimonja, il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onor. Giovanna Debono ghamlet id-diskors taghha, fejn insistiet fuq il-koperazzjoni bejn ic-cittadini u l-kunsilliera lokali tal-post.
Wara d-diskors sar il-kxif tal-lapida ta' tifkira, li giet mbierka mill-Arcipriet Dun Karm Refalo. Fl-ahhar saret ghotja ta' donazzjoni mill-Kunsill lil Marija Buttigieg, f'isem l-Ghaqda Handikappati Ghawdxin; donazzjoni migbura minn attivitajiet li l-Kunsill jorganizza minn zmien ghal iehor. Tqeghdu wkoll fjuri mal-monument ta' San Guzepp mill-Ministeru ghal Ghawdex, il-Kunsill Lokali u l-ghaqdiet kollha tar-rahal. Ic-cerimonja ntemmet bid-daqq ta' l-Innu Malti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN