L-Iskola Primarja ta' tas-Sliema msemmija ghal Guze' Bonnici
Illum kienet gurnata storika ghall-istaff u l-istudenti ta' l-Iskola Primarja ta' tas-Sliema. Kien ‘Jum ta' premjazzjoni' b'differenza, ghax minbarra programm ta' rectar, kant u mima, li ttella' mill-ghalliema u l-istudenti ta' kull sena, kienet il-gurnata li fiha l-iskola giet imsemmija Skola Primarja Guze Bonnici.
Guze Bonnici twieled fil-1907. Fl-1931 ha l-lawrja ta' tabib. Kien Kap tad-Dipartiment tal-Venereologija u Dermatologija fl-Isptar Centrali, Floriana. Guze Bonnici hadem hafna ghat-tixrid ta' l-Ilsien u l-Letteratura Maltija. Kienet bl-inizjattiva tieghu u ta' Ruzar Briffa li f'Jannar 1931 twaqqfet ‘Il-Ghaqda tal-Malti" fl-Universita. Kien Direttur tar-rivista "Lehen il-Malti" u kittieb ta' diversi novelli fosthom "Toninu", "Pacifiku", "Genn", u "Bhal Sokrate!"
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea ferah lil dawk prezenti ghall-hidma u l-impenn taghhom u wera x-xewqa li jkomplu jahdmu ghall-gid tat-tfal. Wara l-Ministru Galea kixef lapida kommemorattiva.
Fl-istess gurnata giet inawgurata l-librerija ta' l-iskola.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN