Il-Ministru Lawrence Gonzi jzur il-housing estate f'Ta' Mlit, fil-Mosta
Il-Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, dalghodu zar il-Housing Estate f' Ta' Mlit, il-Mosta, fejn bhalissa qed isir xoghol ta' bini fuq tnejn u tletin maisonette u sebgha u tletin garaxx gdid. Huwa kien mdawwar mal-post mill-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.
Ix-xoghol tal-bini f'dan il-Housing Estate jinsab fi stat avvanzat, fil-fatt il-Ministru Gonzi habbar li x-xoghol ghandu jitlesta sas-sajf li gej. Huwa qal li f'dan il-progett l-Awtorita' tad-Djar ser tkun investiet kwart ta' miljun lira. Dawn jifformaw parti mill-programm ta' bini ta' maisonettes u appartamenti li l-istess Awtorita' ghandha ghas-snin li gejjin.
Il-Ministru Gonzi fakkar li dawn il-maisonettes gew allokati fuq il-pjanti qabel ma nbeda x-xoghol u gew moghtija fil-kundizzjoni ta' gebel u saqaf. Huwa habbar li din is-sistema hu fil-hsieb li titkompla, fil-fatt, is-sitt maisonettes li ghadhom ma ttiehdux, huma nkluzi fil-lista ta' 184 post li ghalihom l-Awtorita' tad-Djar harget l-applikazzjonijiet propju f'dawn l-ahhar granet.
Il-Gvern qed jiehu l-qasam ta' l-akkomodazzjoni b'hafna serjeta' u impenn, tenna il-Ministru Gonzi. Fil-fatt huwa habbar li f'dawn il-granet beda jiltaqa' il-kumitat li gie mwaqqaf specifikament sabiex jezamina s-sistema li biha jinghataw il-punti ghall-akkomodazzjoni. Il-Ministru qal li dan qed isir fi sforz sabiex is-sistema ta' punti tirrifletti aktar il-bzonnijiet socjali ta' minn l-aktar hu fil-bzonn.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN