Il-Kwistjoni dwar l-orkestra Nazzjonali
Wara l-istqarrija li l-G.W.U. harget aktar kmieni llum rigward "Avviz ta' azzjonijiet fi kwistjoni dwar l-Orkestra Nazzjonali", il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni qed jippubblika t-twegiba ghall-ahhar ittra tal-GWU dwar il-kwistjoni fuq imsemmija.
Il-General Workers Union taf li sentejn ilu l-Orkestra Nazzjonali tat-Teatru Manoel giet ridotta - b'telf ta' impjieg ghal diversi muzicisti - u giet konvertita f'kumpannija registrata taht l-Att dwar il-Kumpanniji ta' l-1995 bl-isem ta' National Orchestra Limited.
Skond il-Memorandum ta' Assocjazzjoni, it-tmexxija u l-amministrazzjoni gew fdati lill-Bord tad-Diretturi. Issa l-Gvern qed jiehu l-passi biex jinnomina il-Bord tad-Diretturi il-gdid. Skond il-ligi, kwalunkwe diskussjonijiet dwar l-Orkestra Nazzjonali ghandhom isiru mal-Bord tad-Diretturi.
Dan gie spjegat lill-GWU u kwalsiasi direttiva ta' azzjoni industrijali hija ghal kollox prematura.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN