Left arrow Go Back

Aktar ghajnuna lil ghaqdiet non governattivi fil-qasam ta' l-ambjent

PR0434
Date Icon 23/03/1999

Kienet u tkompli tkun il-politika ta' din l-Amministrazzjoni li tghin u tikkoopera ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni ta' pro'etti li għandhom l-iskop li jtejbu l-ambjent lokali. Kien għalhekk li fl-1991 kienet inħolqot skema speċjali li permezz tagħha kull sena tingħata għajnuna fi flus lil uħud minn dawn l-organizzazzjonijiet biex ikunu megħjuna jwettqu pro'etti fil-qasam ta' l-ambjent.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu qassam Lm4,450 f'għotjiet lil disgħa minn dawn l-organizzazzjonijiet li ikkwalifikaw għal għajnuna bħal din, skond kriterji stabbiliti wara li jkunu ippreżentaw dettalji ta' l-inizjattiva li jkunu se jieħdu u kemm tkun se tiswihom.

L-organizzazzjonijiet li qed jibbenefikaw mill-iskema din is-sena huma l-SSCN għal pro'ett dwar il-komputerizzazzjoni ta' data ambjentali; il-Bird Life għall-pubblikazzjoni ta' 'urnal ornitolo'iku u l-komputerizzazzjoni ta' data dwar għasafar; il-Marine Life Care Group għal pakkett edukattiv għall-iskejjel primarji; l-Arbor għall-afforestazzjoni u l-manutenzjoni ta' Wied Għollieqa u kampanja edukattiva; l-ECO għal diversi attivitajiet edukattivi; Wirt Għawdex għall-pubblikazzjoni ta' ktieb dwar l-aspetti naturali ta' Għawdex; il-Malta BatGroup għal ħidma dwar il-friefet il-lejl; il-Biological Conservation and Research Foundation għal ħidma favur il-baleni u ċetaċej oħra; u l-Malta Institute of Waste Management għall-organizzazzjoni ta' seminars, il-pubblikazzjoni ta' newsletter, internet website u korsijiet.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li għalkemm il-ħarsien ta' l-ambjent għandu jkun koordinat sew, hu tal-fehma li dan m'għandux ikun il-prerogattiva ta' xi persuna jew organizzazzjoni, iżda għandu jkun sforz kollettiv. Element kruċjali hu s-sehem ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Hu żied li fil-fehma tiegħu dawn l-organizzazzjonijiet għandhom il-potenzjal, il-ħila u l-entużjasmu meħtie'a li jimplimentaw pro'etti li permezz tagħhom titqajjem kuxjenza akbar favur l-ambjent u anki biex ikunu aċċettati mill-pubbliku ċerti miżuri ambjentali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-involviment ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi f'materji ambjentali hu llum aċċettat mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha.

Hu semma, fost l-oħrajn, li f'Ġunju ta' l-1998 kienet proposta mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess ta' Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għal Ġustizzja f'Materji Ambjentali. Din il-Konvenzjoni llum hi magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta' Aarhus, il-belt Daniża fejn kienet proposta l-konvenzjoni.

Hu qal li l-Gvern preżenti iffirma din il-Konvenzjoni f'Diċembru li għadda u se jimxi ma' l-obbligi tagħha. Hu qal li l-firmatarji ta' din il-Konvenzjoni huma mistennija li jxerrdu l-informazzjoni dwar l-ambjent, u li jgħinu u jinvolvu lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi fit-teħid ta' deċiżjonijiet.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern Malti di''? qed jattwa wħud minn dawn l-obbligi, bħal m'huma t-tixrid ta' informazzjoni u għajnuna lill-organizzazzjonijiet, permezz tal-ħidma kontinwa min-naħa tad-Dipartiment għall-'?arsien ta' l-Ambjent li llum għandu wkoll l-website tiegħu u li qed tintuża kontinwament għat-tixrid ta' l-informazzjoni. Barra minhekk, organizzazzjonijiet mhux governattivi ntalbu u taw is-sehem tagħhom dwar miżuri biex ikunu protetti s-si'ar lokali, biex jitfassal pjan ta' kontin'enza dwar dniefel u balieni li jinkaljaw qrib il-kosta u biex ikunu amministrati siti protetti.

Il-Ministru Zammit Dimech żied li wieħed ma jistax ma jinkora''ix il-pass li qed jieħdu wħud minn dawn l-organizzazzjonijiet biex jaħdmu flimkien, filwaqt li jibqgħu jżommu ċerta awtonomija. Hu esprima l-fehma li jkun għaqli jekk dawn l-organizzazzjonijiet jaslu biex iwaqqfu federazzjoni bejniethom għax b'hekk ikun aktar faċli li jkollhom rappreżentanza f'kumitati u working groupsmaħtura mill-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow