Seminar dwar is-sistemi tas-Servizz Bankarju
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onorevoli Edwin Vassallo, waqt laqgha li kellu ma' diversi self-employed u negozjanti ohra, li matulha gew diskussi s-sistemi tas-servizz bankarju, habbar li ser jorganizza seminar bit-titlu "Is-Servizzi Bankarji taht Il-Lenti" (The Banking Service Under Review). Dan is-seminar ser jinzamm nhar l-Erbgha, 24 ta' Marzu 1999, fis-sala tal-Ministeru stess, fit-tmienja ta' filghaxija
Il-kelliema fil-ftuh ta' dan is-seminar ser ikunu ic-chairmen, jew rapprezentanti, tal-banek kummercjali, li huma:-
Bank of Valletta plc
Mid-Med Bank plc
Lombard bank plc
APS Bank plc
Midland Bank plc
Is-seminar imbaghad jaghlaq b'indirizz tal-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, il-Prof. Josef Bonnici.
Ghal dan is-seminar hemm mistiedna biex jippartecipaw is-self-employed u negozjanti u kumpaniji kummercjali ta' daqs zghir jew medju (SME's) u dawk kollha li huma interessati li jaraw li servizzi finanzjarji jkunu aktar efficjenti u ta' servizz ghall-ekonomija Maltija.
Punti li ser jigu diskussi tul dan is-seminar ta' saghtejn jinkludu:-
- ic-charges tal-banek
- ir-rati ta' l-interessi
- access ghal facilitajiet ta' kreditu
- il-hin ta' l-ipprocessar ta' talbiet ghal servizzi
- l-accessibilit'? tal-banek.
L-ghan ta' dan is-seminar hu halli z-zewg nahat tas-servizz bankarju, jigifieri l-banek li qed joffru s-servizz u n-negozjanti li qed juzaw is-servizz, ikunu konxji aktar tal-bzonnijiet ta' xulxin. Malli wiehed jaghraf ahjar dawn il-bzonnijiet, il-process bankarju ghandu jkun aktar efficjenti. L-ghan ahhari huwa li l-ekonomija ta' Malta zzid fir-ritmu tal-progress taghha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN