Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha
Bl-istqarrija li hareg il-bierah, l-ex Ministru tas-Sahha, l-Onor. Michael Farrugia, jidher li ma kienx jaf x'kien qed jigri fil-Ministeru li tieghu kien responsabbli ghal tmintax-il xahar.
Minhabba l-insistenza ta' l-ex Ministru li ma jurix il-verit'? kollha, dan il-Ministeru ma baqalu l-ebda alternattiva hlief li jippubblika l-ircevuti kollha.
1. Il-kartolini li ntbaghtu fid-djar mill-Ministru Deguara thallsu mill-istess Ministru u mhux minn fondi pubblici.
2. Fl-istqarrija tieghu, l-ex Ministru qal li t-total ta' kartolini stampati mill-Ministeru tieghu kien ta' 4,000. Dan mhux minnu. It-total ta' kartolini stampati kien ta 26,800 ghal spiza totali ta' Lm1,559.42 (Dokument A u B)
3. Wiehed verament jittama li minn total ta' 26,800 kartolina kien ghad baqa' xi haga x'jintbaghtu fil-Milied ta' wara.
4. Kif jidher car mid-dokumnet C u D annessi ma' din l-istqarrija, l-ispiza f'posta kienet tlahhaq ghal Lm1,105.70; hdax –il darba aktar minn dak li qal li kienet l-ex Ministru fl-istqarrija tieghu.
Mill-ircevuti ppubblikati ma' din l-istqarrija jidher car li l-ispiza totali kienet ta' Lm2,665.12 kif kien diga' mhabbar fir-Risposta Parlamentari numru 3317.
Fl-istqarrija tieghu l-ex Ministru qal: "ghal darb' ohra, dan huwa kaz iehor ta' gideb u tajn mitfugh biex ihammeg minn min qed jipprova jahbi dak li qed jigri llum fis-settur tas-sahha". Dan il-Ministeru flok jaqbez ghal konkluzjonijiet jippreferi li jhalli f'idejn il-poplu biex jiggudika min verament qed ighid il-verita'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN