Il-Kunsilli Lokali ser jinghataw informazzjoni dettaljata dwar il-lokalita' taghhom
Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, qal li l-Gvern qed jahdem bla heda sabiex ipoggi lill-Kunsilli Lokali f'qaghda dejjem ahjar li jkunu jistghu jwettqu d-dmirijiet taghhom lejn il-komunit'?, u kif ukoll sabiex iwettqu hidma gdida ghall-gid ta' l-istess residenti.
Huwa qal dan dalghodu meta pprezenta informazzjoni dettaljata dwar il-lokalit'? lis-Sindku tal-belt kapitali Valletta, is-Sur Hector Bruno u s-Sindku ta' l-ewwel belt kapitali ta' Malta, l-Imdina, is-Sur George Attard. L-informazzjoni, li ngabret mill-‘Field Servics Branch' tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, tikkonsisti f'mappa tal-lokalit'? mfassla permezz tat-teknologija maghrufa bhala Geographic Information System - G.I.S. u tinkludi dettalji bhal ma' huma konfini tal-lokalit'?, tul, wisa', u ghamla ta' toroq u bankini, toroq li huma arterji u distributorji, ‘old village core' tal-lokalit'?, l-‘area' ta' l-izvilupp urban, u rapport dettaljat dwar dawk li jissejhu ‘soft areas', sigar, ‘roundabouts' u konok fiz-zoni urbani tal-lokalit'?.
Dr. Gatt qal li din l-informazzjoni se tghin lill-Kunsilli Lokali jkunu jafu b'mod dettaljat x'ghandhom fil-lokalit'? taghhom u ghalhekk f'qaghda li meta, per ezempju, jkunu qed ihejju xi tender jistghu jibbazaw fuq informazzjoni aktar kompleta. Eventwalment, il-Kunsilli Lokali kollha se jinghataw din l-informazzjoni tul ix-xhur li gejjin.
Huwa zied jghid li s'issa, ftit minn din l-informazzjoni kienet ghad-dispozizzjoni tal-Kunsilli Lokali, izda bi hlas. Illum din se tinghata b'xejn, hekk kif kien imwieghed fil-Konferenza Nazzjonali li saret f'Novembru li ghadda.
Fattur iehor li huwa importanti huwa dak li din l-informazzjoni kienet migbura fuq mapep originali mahduma mill-Awtorit'? ta' l-Ippjanar u li ghalhekk, ghalkemm il-Kunsilli Lokali se jkunu jistghu jaghmlu uzu mill-informazzjoni, din ma tistax tinghata lil terzi persuni minhabba ragunijiet ta' ‘copyright'.
Fit-tmiem tal-prezentazzjoni, Dr. Gatt ha l-opportunita li fl-okkazjoni tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tas-Sibt li gej, jghaddi l-messagg lil dawk kollha li huma intitolati ghall-vot sabiex imorru jivvutaw ghar-rapprezentanti lokali taghhom, mhux biss ghax dan huwa dmir, izda wkoll ghax dan huwa dritt li jkompli jsahhah il-principju tas-sussidjarjet'?, "principju li flimkien mal-hidma tal-Gvern se jkompli jghin sabiex il-Kunsilli Lokali verament isiru Gvernijet Lokali," temm jghid Dr. Gatt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN