Left arrow Go Back

Bazi gdida ghal wirt kulturali Malti

PR0364
Date Icon 11/03/1999

Il-Gvern, permezz tal-Miniseru ta' l-Edukazzjoni u l-Kultura, beda l-hidma biex ipoggi fuq bazi gdida, il-konservazzjoni, il-harsien u t-tgawdija tal-wirt kulturali li sal-lum hu responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Muzewijiet.

Hu mahsub li fi zmien qasir jehtieg investiment qawwi u mizuri drastici biex jinghata nifs lis-settur tal-wirt kulturali ta' pajjizna. Dan kollu irid isir bi hsieb u bi pjan, fi sfond legali u amministrattiv li jaghmluha possibbli li dan il-wirt li hu parti mill-identita' nazzjonali, jitgawda minn kemm jista' jkun nies, ikun preservat ghal dawk li ghad iridu jigu warajna, u fl-istess hin jaghti beneficcji ekonomici lil pajjizna.

B'din il-mira, il-Ministru ghall-Edukazzjoni u Kultura Louis Galea, organizza seminar ta' jumejn bl-iskop li ufficjali mid-Dipartiment tal-Muzewijiet, ohrajn mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, mill-Universita', mis-settur privat, organizazzjonijiet li jahdmu fil-qasam kulturali, ufficjali mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, il-Kunsilli Lokali u studjuzi ohra, jingiebu flimkien biex jaghtu l-ideat taghhom halli jitfassal pjan ta' hidma li jaghti hajja gdida lill-qasam tal-Wirt Kulturali taghna.

Fil-ftuh ta' dan is-seminar, il-Ministru Galea qal li hafna huma konxji tal-wirt kulturali kbir li hawn fil-pajjiz. Izda sfortunament, ghal hafna snin, ma nghatax l-importanza li tixraqlu, b'konsegwenzi serji li issa ma jistghux jithallew bla ma jkunu indirizzati bis-serjeta'.

Dan il-qasam jinhtieg li jkollu regolatur aktar effettiv u ippjanar u rizorsi serji. Hu obbligu taghna li l-wirt kulturali li ghandna nuzawh tajjeb u nwasslu biex aktar nies japprezzaw dan il-wirt. Irridu naghmlu uzu minn ghodod moderni bhalma hi t-teknologija ta' l-informatika, biex dan il-pjan isehh. Il-Kunsilli Lokali wkoll ghandhom sehem importanti x'jaghtu f'dan ir-rigward.

Wahda mill-problemi hi kif se jinstabu l-finanzi biex jigu nvestiti f'dan is-settur. Hu kalkolat li jinhtieg investiment ta' madwar Lm3 miljuni biex dan il-qasam jibda jinghata n-nifs.

Il-Ministru fakkar li fejn jidhol il-wirt kulturali, pajjizna ghandu obbligu internazzjonali kbir ghaliex ahna moghnija b'siti li huma meqjusa bhala patrimonju ta' l-umanita' kollha kemm hi u mhux taghna biss.

Sal-lum, id-Dipartiment tal-Muzewijiet li hu responsabbli minn dan il-qasam, qed isibha difficli jiehu hsieb dan il-qasam kif suppost. Ghandna numru ta' ligijiet li kultant jikkonfliggu ma' xulxin, u entitajiet differenti li lkoll ghandhom xi responsabbilta lejn il-wirt kulturali taghna. Hemm bzonn ghalhekk li titfassal legislazzjoni gdida li tirregola b'mod koordinat l-wirt kulturali taghna. Izda dan ma jistax isir bis-serjeta' qabel ikunu definiti sew u maqbula il-miri li jrid jilhaq il-pajjiz.

Louis Galea qal li dan is-seminar hu l-bidu ta' process li jrid jiehu xi xhur biex titwettaq il-hidma mehtiega. Issa ser jitwaqqaf Change Management Team biex iwettaq il-pjan li jitfassal biex il-wirt kulturali ta' pajjizna jibda jinghata l-importanza li tixraqlu. Dan hu obbligu ghall-gid tal-pajjiz kollu, ghall-gid ta' uliedna u ghall-gid ta' l-umanita' kollha kemm hi.

Matul l-ewwel jum tas-seminar, wara li nghatat harsa lejn dak li jezisti f'dan il-qasam u d-diffikultajiet ezistenti, l-aktar fil-qasam amministrattiv u legali, saru diversi suggerimenti dwar dak li ghandu jsir fil-gejjieni.

Barra l-htiega ta' ristrutturazzjoni tad-Dipartiment tal-Muzewijiet u aktar awtonomija lill-kuraturi tad-diversi muzewijiet, kienu identifikati wkoll il-bzonn li l-muzewijiet u wirt kulturali iehor isiru aktar accessibbli ghall-pubbliku, li jsir sforz qawwi biex is-siti fejn hemm dan il-wirt ikunu mtejjba u merfugha mill-istat hazin li uhud minnhom jinsabu fih, u li ssir kampanja edukattiva biex kulhadd isir aktar konxju tal-bzonn li nikkonservaw dan il-wirt.

Matul l-ewwel jum tas-seminar issemmew ukoll diversi problemi li jezistu fil-qasam ta' l-ambjent f'pajjizna, fosthom il-pressjonijiet kbar li jsiru minn dawk b'interessi konfliggenti fil-qasam ta' l-izvilupp u problemi ohra li huma inerenti ghall-progetti infrastrutturali li qed jitfasslu ghall-pajjiz.

Dan kollu jitlob ghaqal u hsieb biex jinstab il-bilanc gust bejn il-htigijiet ta' l-isvilupp u dawk tal-wirt kulturali u ambjentali tal-pajjiz.

Barra minn dan is-seminar, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura, kiteb ukoll lill-NGOs involuti f'dan il-qasam biex huma wkoll jaghmlu s-suggerimenti u l-proposta taghhom dwar kif jista' jingieb ‘l quddiem dan il-qasam, bl-iskop li jkunu integrati fit-tfassil ta' dan il-pjan ta' hidma ghall-qasam tal-Wirt Kulturali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow