Left arrow Go Back

Il-Ministru Lawrence Gonzi jiltaqa' mal-kandidati nisa ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

PR0363
Date Icon 11/03/1999

Il-Ministru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Lawrence Gonzi, il-bierah iltaqa' mal-kandidati nisa li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali waqt attivit'? socjali organizzata mill-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara.Waqt diskors qasir li ghamel ghall-okkazjoni, il-Ministru Gonzi qal li huwa ta' sodisfazzjoni ghalih li jirregistra, ghall-darba ohra, zieda fl-ghadd ta' kandidati nisa li ser jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tat-13 ta' Marzu.Filwaqt li dan huwa sinjal posittiv, mhuwiex bizzejjed, tenna l-Ministru Gonzi. Hemm bzonn ta' aktar partecipazzjoni ta' nisa fit-tehid tad-decizjonijiet, bhal ma hemm bzonn aktar partecipazzjoni ta' nisa fl-oqsma l-ohra kollha tas-socjet'? Maltija.Il-politika tal-Gvern dwar in-nisa fis-socjet'? hija cara, spjega il-Ministru Gonzi. Hija politika li tmur lil hinn mid-drittijiet u l-ugwaljanza, u tiffoka fuq opportunitajiet indaqs. Huwa fakkar li nhar it-Tnejn li ghadda, il-Kabinett approva memo li permezz taghha kull decizjoni importanti, gejja mil-liema Ministeru gejja, ser tigi analizzata mil-lenti ta' kif ser taffetwa lis-sessi differenti. Dan huwa pass importanti hafna, ghax fil-prattika din tfisser li ser taghti l-ispazju kollu sabiex kull persuna tizviluppa t-talenti u l-potenzjal taghha bl-akbar mod possibbli.Prezenti ghall-okkazjoni kien hemm wkoll Dr. Austin Gatt, Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow