Siltiet mid-diskors tal-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg, waqt l-iffirmar ta' kuntratti ma' Kunsilli Lokali
Il-policy resolution tal-Lands Disposal Act, li permezz taghha l-Gvern ikun jista' jiddisponi mill-propjet'? tieghu b' mod dirett, se tigi emendata biex tinkludi allokazzjoni ta' art b'mod dirett lill-Kunsilli Lokali.
Dan huwa pass importanti fil-politika tal-Gvern f'dak li jirrigwardja d-devoluzzjoni lokali. Fil-Programm Elettorali tieghu, il-partit fil-gvern kien wieghed li se "jzid ir-responsabbilitajiet u l-finanzjament tal-Kunsilli Lokali biex dawn isiru aktar effettivi u jaqdu ahjar lin-nies li joqghodu fil-lokalitajiet immexxija minnhom."
It-tieni parti ta' din il-weghda dig'? bdiet titwettaq. Ta' min wiehed isemmi li fil-budget li ghadda, il-Gvern prezenti dig'? zied il-fondi allokati lill-Kunsilli Lokali b'madwar nofs miljun lira, wara li Gvern precedenti, ghal darbtejn, kien naqqas il-flus allokati lill-Kunsilli.
Bil-pass li l-Gvern qed jiehu llum, qed juri fiducja akbar fil-Kunsilli Lokali, mhux biss billi jzidilhom il-flus, imma wkoll responsabbilitajiet u poteri. L-emenda fil-Ligi li qed issir mill-Ministeru ta' l-Intern u dig'? giet approvata mill-Kabinett, qed toffri opportunit'? stupenda lill-Kunsilli biex ikollhom sors finanzjarju iehor.
Il-hlas li l-Kunsilli qed jintalbu jhallsu meta jinghataw l-art ghal perjodu ta' zmien, hija nominali. Il-Kunsilli se jkollhom il-poter li jikru din l-art jew johorgu permessi biex fiha jsiru attivitajiet kulturali, socjali jew ta' divertiment, anke minn interessi privati.
Bhal ma qal is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr Austin Gatt, meta habbar ufficjalment il-politika tal-Gvern dwar id-devoluzzjoni lokali, kull applikazzjoni se tkun evalwata mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u mid-Dipartiment tal-Estates Management ghar-rigward ta' vijabilit'? finanzjarja, l-aspett komunitarju, kif ukoll id-disponibbilit'? ta' propjet'? li ghaliha tkun qed issir l-applikazzjoni, u jekk il-progett ikun approvat, il-propjet'? tghaddi f'idejn il-Kunsill permezz ta' titolu legali.
Dan l-ewwel pass modest, huwa l-ewwel wiehed f'sensiela li l-Gvern fi hsiebu jiehu biex jara aktar decentralizzazzjoni tal-poter minn idejn il-Gvern Centrali ghall-Kunsilli Lokali.
Il-Gvern huwa kommess li jibqa' jaghti importanza lill-Kunsilli Lokali, mhux biss bhala turija ta' fiducja, izda wkoll ghax huma ghodda importanti hafna fid-demokrazija tal-pajjiz.
Naghlaq billi nifrah lill-Kunsilli Lokali ta' Hal Safi u Santa Lucija li se jkunu l-ewwel zewg Kunsilli li jiffirmaw dan il-ftehim ta' allokazzjoni ta' art.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN