Left arrow Go Back

Inawgurat Seminar dwar il-kwalita' ta' l-ikel

PR0354
Date Icon 10/03/1999

Wiehed jittama li l-Oppozizzjoni tinghaqad mal-Gvern biex jinholoq konsensus dwar il-policy tas-settur ta' l-ikel, biex din tkun sostnuta jkun hemm min ikun hemm fil-Gvern".

Dan l-appell ghamlu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta kien qed jiftah seminar bit-tema "Strengthening Food Safety". Dan is-seminar gab fi tmiem 4 snin ta' hidma tal-F.A.O., flimkien mal-Gvern, biex tkun emendata l-ligi dwar l-ikel u x-xorb.

Louis Deguara qal li permezz ta' dawn l-emendi hu mistenni li tinbidel is-sistema ta' kif tkun assigurat l-kwalit'? u s-sigurt'? ta' l-ikel bnin. Hu qal li minn sistema fejn issir spezzjoni u analizi u wara jitressaq il-Qorti min jinstab li ma zammx mar-regoli, is-sistema l-gdida ser tassigura li jkun hemm programmi ta' prevenzjoni, attivitajiet edukattivi u wkoll spezzjonijiet aktar precizi, analizi aktar xjentifici u jekk ikun hemm bzonn, infurzar iktar effettiv tal-ligi.

Il-Ministru tas-Sahha qal li kien zball li fis-sentejn li ghaddew inbidlet id-direzzjoni ta' l-izvilupp tal-Malta Standardisation Authority u minflok struttura li tghin lill-entitajiet governattivi biex jassiguraw kwalit'? fl-ikel, din inghatat direzzjoni biex tikkompeti f'dan is-settur. Dan il-pass, tenna l-Ministru Deguara, tellef zmien prezzjuz fl-implimentazzjoni tal-ligi kif rakkomandata mill-F.A.O. Hu tenna li matul l-ahhar sentejn, l-inizjattiva li kien ha l-Gvern flimkien mal-F.A.O. wkoll kienet fil-periklu li titwarrab. Illum, il-Gvern qieghed jikkoregi dawn l-izbalji, sostna Louis Deguara.

Ilum permezz ta' dan il-progett, tenna l-Ministru Deguara, is-sistemi tal-kontroll fl-ikel tal-pajjiz jistghu jingiebu fl-istess livell ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll dawk tal-World Trade Organisation.

Il-Ministru Deguara rringrazzja lill-FAO ghax-xoghol li wettqet matul dawn is-snin u qal li issa wasal iz-zmien li l-Gvern jimplimeta ir-rakkomandazzjonijiet li gie prezentat. Hu tenna li f'dan l-istadju m'ghandux ikun hemm politika partigjana u dan minhabba li kulhadd irid jara titjib fis-settur ta' l-ikel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow