Left arrow Go Back

Hsara fuq il-Main principali ta' l-ilma f'H'Attard

PR0340
Date Icon 08/03/1999

Il-Korporazzjoni ghas-Servizz ta' l-Ilma tgharraf illi kmieni l-bierah fil-ghodu, il-Hadd 7 ta' Marzu, zviluppat hsara fuq parti l-qadima tal-main principali li jwassal il-provvista ta' l-ilma lejn l-inhawi centrali ta' Malta mill-gibjuni f'Ta' Qali. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma hadet azzjoni mmedjata sabiex tissewwa din il-hsara, li tinsab fi Triq il-Ferrovija fl-inhawi ta' San Anton f'H'Attard.

Biex jintlahaq dan il-main u tkun tista' tinbeda t-tiswija, kellha tithaffer hofra ta' madwar 6 metri fond, 4 metri wisa' u 12-il metru tul. Dan il-main huwa daqshekk fil-fond minhabba li wara li tpogga, it-triq minn fejn kien jghaddi kienet intradmet biex tigi ffurmata Triq il-Ferrovija. Il-materjal li ntuza kien radam, blat u terrapin li huwa materjal sfuz hafna, u ghalhekk kien hemm bzonn ta' hofra daqstant kbira biex jista' jsir ix-xoghol, specjalment meta t-terrapin ikun imxarrab. Huwa kkalkulat li l-ewwel irid jittella' madwar 300 metru kubu ta' terrapin u blat. Minhabba d-diffikulta u l-kwantita' kbira ta' materjal, x-xoghol tat-thaffir qieghed jiehu fit-tul. Dan ix-xoghol baqa' ghaddej matul il-lejl li ghadda u tkompla matul il-gurnata tal-lum.

Ghaldaqstant, il-provvista ta' l-ilma tinsab sospiza f'Attard, Birkirkara, Hamrun St. Venera, Mriehel, parti minn Hal Balzan, parti minn Gwardamangia, parti mill-Marsa, parti mill-Msida u Ta' Xbiex.

Qieghed isir kull sforz mill-Korporazzjoni sabiex il-hsara tissewwa maljar kemm jista' jkun, minkejja d-diffikultajiet biex jittella' r-radam minn fuq il-mejn, u cables u pajpijiet ta' servizzi ohra bhal tat-telefon, elettriku u drenagg. Sakemm ma jizviluppawx diffikultajiet ohra huwa mistenni li l-provvista terga' tkun regolari f'dawn il-lokalitajiet bejn nhar l-Erbgha u l-Hamis li gejjin.

Il-Korporazzjoni tissuggerixxi li l-residenti f'dawn il-lokalitajiet jibzghu ghall-ilma li ghandhom mahzun fit-tankijiet tal-bjut sabiex is-servizz tal-Bowsers li tipprovdi l-Korporazzjoni jkun jista' jlahhaq mal-bzonnijiet essenzjali tal-lokalitajiet effettwati.

Sadanittant il-progett li qed twettaq il-Korporazzjoni sabiex jinbidel dan il-mejn jinsab fi stadju avvanzat. Bhalissa qed isiru xoghlijiet fi Triq San Frangisk f'Hal Balzan. Ghad baqa' jsir tul ta' madwar kilometru minn Hal Balzan sa H'Attard. Il-progett kollu jikkonsisti fil-bdil tal-mejn minn H'Attard sal-Hamrun, tul rotta ta' 7 kilometri.

Il-konsumaturi jistghu jcemplu lis-sezzjoni Customer Care fuq il-freephone 157ghal aktar assistenza u informazzjoni. Dan is-servizz huwa miftuh 24 siegha kuljum.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow