Left arrow Go Back

Seminar ghal "Jum il-Mara" 1999, f'Ghawdex

PR0337
Date Icon 08/03/1999

Fl-okkazjoni ta' ‘Jum il-Mara' 1999, il-Ministeru ghal Ghawdex organizza seminar ta' nofs ta' nhar ghal 120 studenti bniet ta' Form IV mill-iskejjel tal-Junior Lyceum, Skola Sekondarja u Skola tas-Snajja'. Madwar erbghin nisa, illi jahdmu f'oqsma differenti, kienu prezenti sabiex jaqsmu l-esperjenzi taghhom fil-qasam tax-xoghol u fil-familja ma' l-istudenti prezenti.

Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono qalet li "waqt illi llum qed niccelebraw ‘Jum il-Mara', tajjeb illi napprezzaw dak kollu illi n-nisa f'pajjizna u fil-bqija tad-dinja rnexxielhom jiksbu fl-oqsma socjali, kulturali, politici u ekonomici. Illum il-gurnata, hafna tfajliet ikomplu bl-edukazzjoni terzjarja taghhom".

"Dawn l-istudenti nisa", kompliet il-Ministru ghal Ghawdex, "qeghdin jiksbu kwalifiki fl-oqsma kollha u mhux biss f'oqsma tradizzjonalment assocjati ma' partecipazzjoni femminili, bhall-edukazzjoni u n-nursing. L-okkazjoni ta' llum", sostniet il-Ministru, "ghandha sservi zewg skopijiet ewlenin - sabiex l-istudenti bniet prezenti isiru aktar konxji ta' l-ghazla vasta ta' karrieri miftuha ghalihom, kif ukoll sabiex huma jkollhom l-opportunit'? unika illi jikkomunikaw b'mod dirett ma' dawn in-nisa waqt workshops".

In-nisa prezenti ghal din l-attivit'? kienu jinkludu infermiera, tabiba, social worker, dentista, xjentista, inginiera, perita, avukata, sindku ta' Kunsill Lokali, pulizija, attrici, mudella, air hostess, hajjata, haddiema tan-newl, gurnalista, accountant, hairdresser u beautician.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow