Diskussjonijiet dwar facilitajiet godda ghal tiswijiet ta' Yachts
Fid-dawl tan-negozjati li qed isiru dwar il-Pro'ett tal-Kottonera, qed tkun diskussa wkoll l-idea li jinħolqu faċilitajiet 'odda għal tiswija ta' jottijiet. L-għażla tas-sit għad trid issir u tkun trid tgħaddi mill-proċess normali ta' l-ippjanar.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech waqt laqgħa li kellu mal-Kunsill Lokali tal-Kalkara bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fil-lokalitajiet kollha li jistgħu b'xi mod ikunu effettwati bl-iżvilupp marbut mal-Pro'ett tal-Kottonera.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li għalkemm sal-lum il-Kalkara m'hix direttament inkluża f'dan l-iżvilupp, bil-mod kif żviluppa dan il-pro'ett f'dawn l-aħħar xhur, se jsir ukoll żvilupp fix-xatt faċċata tal-Kalkara li 'l quddiem jista' jkompli jkun estiż.
Hu fakkar li l-Kalkara di''? toffri faċilitajiet jew bini li permezz tagħhom qed ikunu attirati n-nies, inklużi t-turisti, lejn dik il-lokalit'?. Semma fost l-oħrajn ir-Rinella Park u l-film studios, u l-Forti Rinella. Dan minbarra li hemm ukoll qasam industrijali li hu wkoll ta' benefiċċju għaliex joħloq opportunitajiet ta' xogħol għal residenti f'dik il-lokalit'?. Hu semma wkoll ix-xogħlijiet ta' embellishment li qed ikomplu jsiru fl-inħawi tal-Bajja tal-Kalkara.
Dwar il-Pro'ett tal-Kottonera, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħsieb tal-Gvern hu li parti mid-dħul li jibda jkun hemm minn dan l-iżvilupp, tkun tista' tintuża biex isiru pro'etti ta' fejda fil-lokalijiet kollha tal-Kottonera, skond ma ji'i stabbilit bejn il-Gvern u l-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-Gvern ilu sa mill-1994 jivvota flus apposta għar-rijabilitazzjoni tal-Kottonera bis-saħħa tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li twaqqaf f'dik is-sena. Hu qal li dan il-Kumitat wasal biex jer'a' jinħatar mill-'did u fih se jkompli jkun hemm rappreżentanza tal-Kunsilli Lokali kollha li jiffurmaw il-Kottonera.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN