Pjan ta' kontingenza dwar dniefel u baleni
Il-Ministru ghall-Ambjent, l-Onor Francis Zammit Dimech illum nieda pjan ta' kontingenza dwar dniefel u balieni, li thejja mid-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent.
Dan il-pjan, f'forma ta' kodici ta' etika, jipprovdi linji ta' gwida ta' kif wiehed ghandu jagixxi meta jinkaljaw mammiferi bhal dawn, jigifieri li jkun stabbilit x'ghandu jsir f'dawn ic-cirkustanzi, min ghandu jkun responsabbli u ghal xiex u min ghandu jikkoordina l-operazzjoni kollha.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-pjan tfassal b'rizultat ta' workshop nazzjonali dwar id-dniefel u l-balieni li kien sar f'Novembru ta' l-1996. Dak is-seminar kien ittratta dan is-suggett minn diversi aspetti, fejn kienu ipprezentati l-fehmiet tad-Dipartiment tal-Biologija ta' l-Universit'? ta' Malta; il-fehmiet ta' l-International Zoo Veternary Group; il-Marine Life Care Group ta' Malta; il-President tas-Socjeta tad-Dniefel Ewropea; ta' xi sajjieda u ghaddasa Maltin u anki l-kummenti legali.
L-interventi li saru f'dak il-workshop ingabru fi ktejjeb. Il-Ministru ghall-Ambjent qal li m'ghandu l-ebda dubju li dan il-ktejjeb se jitfa' dawl gdid fuq kif dawn il-hlejjaq tal-bahar li jaqsmu l-Mediterran maghna jistghu jkunu apprezzati u studjati aktar, kif ukoll imharsa biex ikomplu jsebbhu u jaghtu l-hajja lill-bahar fejn ahna ghandna pozizzjoni u sehem importanti x'naghtu.
Fid-dawl ta' dan kollu, hu semma li f'dawn l-ahhar snin kien hawn numru ta' balieni, uhud hajjin, uhud mejta, li ghal xi raguni jew ohra sabu ruhhom inkaljati fuq ix-xtut ta' pajjizna. Hu kompla li pajjizi ohra madwar il-Mediterran ghandhom servizz mahsub biex, b'mod jew iehor, jilqghu ghal sitwazzjonijiet bhal dawn. Kien ghalhekk ferm importanti li f'Malta wkoll ikun hawn xi haga simili biex nilqghu ghall-eventwalitajiet ta' dniefel u balieni li jinkaljaw fuq ix-xtut, anki jekk din m'hix xi haga li tigri ta' spiss.
Kien ghalhekk importanti li flimkien mal-partijiet kollha interessati, jigifieri ghaqdiet mhux governattivi, dipartimenti ohra tal-Gvern bhal dak ta' l-Agrikoltura u Sajd, il-Pulizija, l-Armata u anki d-Dipartiment tal-Biologija ta' l-Universit'? ta' Malta, jitfassal dan il-pjan ta' kontingenza biex meta jkun hemm xi nkaljatura nkunu nistghu nwiegbu ghaliha b'mod mill-aktar professjonali.
B'hekk, meta jinqala' xi incident bhal dan, kulhadd ikun jaf x'ghandu jaghmel u min ghandu r-rwol ta' tmexxija, ghaliex jekk ma jkunx hemm min jiehu r-responsabbilt'? ta' direzzjoni, difficli li jkun hemm success f'operazzjoni ta' din ix-xorta.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li m'ghandu l-ebda dubju li l-pubblikazzjoni tal-ktejjeb u l-introduzzjoni ta' kodici ta' prattika dwar il-procedura li ghandha tkun segwita, huma zviluppi importanti favur il-harsien ta' dawn l-ispeci li huma dig'? protetti permezz ta' regolamenti mahruga mid-Dipartiment ghall-Harsien ta' l-Ambjent.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN