Se jibda x-xoghol fuq ir-riabilitazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita f'Bormla
Fil-jiem li 'ejjin mistenni jibda x-xogħol ta' riabilitazzjoni ta' Pjazza Santa Margerita f'Bormla, liema pro'ett kien di''? beda jinħema fl-1995. Il-pro'ett jinkludi, fost l-oħrajn, l-upgrading tal-'nien eżistenti u tal-venda tal-karrozzi tal-linja, u t-ti'did ta' l-inħawi kollha madwar l-istess 'nien.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, f'laqgħa li kellu llum mal-Kunsill Lokali ta' Bormla wara laqgħat simili li kellu wkoll mal-Kunsilli Lokali tal-Birgu u ta' l-Isla biex magħhom jiddiskuti l-aħħar żviluppi dwar il-pro'ett tal-Kottonera.
Dwar ir-riabilitazzjoni ta' din il-pjazza, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-pjanti u d-disinji li se timxi fuqhom it-Taqsima tax-Xogħlijiet huma prattikament l-istess li kienu tħejjew fi żmien l-ewwel Kumitat tal-Pro'ett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li twaqqaf fl-1994.
Il-Ministru zied jghid li dawn il-pjanti jieħdu f'kunsiderazzjoni d-dar il-'dida li qed tinbena għall-anzjani, il-bini ta' parke'' qrib din id-dar, iċ-ċaqliq tal-pitch tal-boċċi u l-bini ta' faċilitajiet 'odda, inkluż il-bini ta' clubhouse bid-dressing rooms li jkunu jistgħu jintużaw ukoll bħala parti mill-ground tal-football, li se jsir ukoll titjib fih. Se jitħaffer ukoll 'ibjun biex fih jin'abar l-ilma tax-xita.
Il-Ministru Zammit Dimech stqarr li dan il-pro'ett se jsir b'kordinazzjoni sħiħa mal-Kunsill Lokali u juri l-impenn tal-Gvern li jagħti dehra isbaħ lill-inħawi kollha tal-Kottonera. Pro'ett ieħor f'Bormla li dwaru qed jaħdem il-Gvern u li kien beda ji'i ippjanat qabel l-1996, hu l-iżvilupp tal-Baċir Nru 1. Il-ħsieb tal-Gvern hu li dan l-iżvilupp ikun integrat ma' l-iżvilupp li qed ikun ippjanat li jsir tul ix-xatt tal-Birgu u ta' l-Isla u li jkun jifforma parti minn programm ta' ri'enerazzjoni ta' dawk l-inħawi kollha. Hu qal li min-naħa tat-Tarzna di''? ntwerew sinjali pożittivi dwar l-iżvilupp ta' dan il-baċir.
Il-Ministru qal ukoll li fir-rigward ta' l-iżvilupp tal-baċir, il-Gvern se jkompli jiddiskuti maż-żew' konsorzja li magħhom il-Gvern wasal ukoll biex jilħaq ftehim dwar l-iżvilupp tax-xatt tal-Kottonera.
Fil-laqgħat li l-Ministru Zammit Dimech kellu mal-Kunsilli Lokali tat-tliet lokalitajiet kienu diskussi l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar jiem dwar il-pro'ett tal-Kottonera wara sensiela twila ta' laqgħat li l-istess Ministru kellu maż-żew' konsorzja konċernati – ‘Port Cottonera Consortium' u ‘Cottonera Waterfront Consortium' – u wara d-deċiżjoni tal-Kabinett biex dawn in-negozjati jkunu konklużi.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li dan il-pro'ett kien di''? ippjanat qabel l-1996 u hu ta' sodisfazzjon li f'perjodu ta' ftit xhur il-Gvern wasal biex jikkonkludi pożittivament in-negozjati maż-żew' konsorzja u li permezz tagħhom mhux se jkun żviluppat biss ix-xatt tal-Birgu iżda x-xatt sħiħ tal-Kottonera. Hu żied li permezz ta' dawn in-negozjati, l-investiment se jiżdied sostanzjalment għal madwar Lm16-il miljun, aktar mid-doppju ta' dak li kien miftiehem mal-Gvern preċedenti, filwaqt li qed ikun zgurat li x-xatt se jibqa' tal-Gvern u aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-Ministru semma wkoll f'hiex se jkun jikkonsisti l-iżvilupp u l-użu li se jsir minn bini li se jkun restawrat u riabilitat. Fost l-oħrajn se ssir lukanda, se jinbena casin'? u se jsiru faċilitajiet oħra marbuta ma' l-iżvilupp ta' marina.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan l-iżvilupp ikun irid jgħaddi mill-proċess normali ta' l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar, liema proċess jinkludi wkoll il-konsultazzjoni pubblika.
It-tliet Kunsill konċernati esprimew is-sodisfazzjon li għal darb'oħra qed ikunu konsultati direttament mill-Gvern dwar dak kollu li qed isir.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN