Left arrow Go Back

Il-Gvern jistudja proposta li jaghmel uzu minn tobba privati

PR0289
Date Icon 02/03/1999

Il-Gvern qieghed jistudja proposta li saritlu biex fic-Centru tas-Sahha ta' B'Kara jaghmel uzu minn tobba li jahdmu ma kumpanija privata.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha l-Onor. Louis Deguara f'intervista fuq stazzjon tar-radju privat. Louis Deguara qal li d-Dipartiment tas-Sahha gie avvicinat minn kumpanija privata li offriet is-servizzi taghha biex thaddem tobba f'dan ic-centru. Hu tenna li din il-proposta qed tkun kunsidrata fid-dawl tal-weghda elettorali li jkun hemm koperazzjoni mas-settur privat.

Il-Ministru Deguara tenna li, kif kien imwieghed ukoll fil-programm elettoral li fuqu gie elett il-gvern prezenti, jekk ikun hemm progress fid-diskussjonijiet li qed isiru mall-kumpanija, ikunu kkonsultati l-unions kollha koncernati.

Jekk finalment ikun hemm qbil mil-partijiet kollha dwar l-operat ta' din il-kumpanija, c-centru tas-Sahha ta' B'Kara jkun jista' jopera tul il-gurnata, jigifieri mit-8:00am sa' t-8:00pm.

Nhar is-Sibt li gej, meta jiftah ic-Centru Civiku ta' B'Kara, id-Dipartiment tas-Sahha ser jibda joffri servizz ta' Berga, spizerija, podologija, fisioterapija u speech therapy.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow